Attivita'
Carols by Candlelight fir-Rabat Għawdex

Schola Cantorum Jubilate huwa sinonimu mal-avveniment annwali ta’ ‘Carols by Candlelight’.

Dan il-Milied, il-kor qed itella’ l ħmistax-il edizzjoni ta’ Carols by Candlelight fil-Knisja ta’ Santu Wistin ġewwa r-Rabat Għawdex nhar il-Ġimgħa 14 u s-Sibt 15 ta’ Diċembru. Bħal f’edizzjoni preċedenti, din is-serata tikkonsisti f’kunċert tal-Milied segwit minn ikla ta’ ħames korsijiet, ppreparata mix-Chefs tar-Ristorant Ta’ Frenċ.

Din is-sena l-programm ser jinkludi għanjiet popolari u oħrajn inqas popolari fosthom ‘Silent Night’ li qed tiġi kkommemorata għall-200 anniversarju tagħha. Il-kor taħt id-direzzjoni ta’ Marouska Attard ser jinterpreta ukoll għanjiet klassiċi bħal: Hark! The Herald Angel Sing’, ‘The First Noel’, ‘God Rest You Merry! Gentlemen’ kif ukoll għanjiet anqas popolari bħal  ‘Burgundian Carol’,  għanja Franċiża tat 18-il seklu komposta minn Bernard de la Monnoye flimkien ma biċċa oħra kontemporanja ta’  Ola Gjeilo – ‘Ecce Novum’. Barra minn hekk, il-programm ser jinkludi ukoll xi għanjiet tal-Milied bil-lingwa Maltija. Fil-fatt il-kor ser jippreżenta arranġament partikolari tal-għanja tradizzjonali Maltija ‘Ninu Ninu tal-Milied’. Paul Portelli, kompożitur, ħadem fuq l-arranġament ta’ din l-għanja u ta’ biċċa oħra –  ‘Sinfonija Pastorali’  li oriġinarjament hija komposta minn Emanuel Galea.

Il-programm ser jintegra tajjeb mal-effetti tad-dwal, mal-ambjent kreat u ma l-attriċi li permezz ta’ diversi monologi, ser jirnexxielha twassal messaġġ lill-udjenza f’dan iż-żmien tal-Milied.  Paul A. Stellini huwa d-direttur artistiku għal din is-sena. Stellini huwa artist lokali ferm magħruf għal xogħlijiet artistiċi u grafiċi.

Fl-entratura u fil-kjostru, għal darb’oħra, ser ikun hemm esibizzjoni li tikkumplimenta mat-tema u l-avveniment. Victor Agius ser iniedi kollezzjoni ġdida ta’ skultura fiċ-ċeramika  u fl-arti diversa. Din il-kollezzjoni qed tirrapreżenta djalogu ma ‘Santu Wistin fl-omeliji tiegħu dwar il-misteri tal-Milied u tal-Epifanija.

Biex jikkommemora l-ħmistax-il edizzjoni ta’ Carols by Candlelight, il-kor se jniedi Album ġdid tal-Milied bl-isem ‘Christmasgħanja’. Is-cd fiha 21 track ta’ għanjiet klassiċi fosthom xi uħud Maltin.

Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ mingħand D’Amato Records Shop tal-Belt Valletta u mill-Bargate Bookshop tal-Victoria. Għal aktar informazzjoni u dettalji żuru l-website fuq www.scjchoir.com jew inkella cemplu fuq 79450950.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Attivita'

LIBER LIBRORUM: Texts, Translations & Exegesis hija wirja organizzata minn Malta Libraries fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-wirja hu li turi wħud mill-kopji tal-Bibbja misjuba fil-kollezzjoni…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 28 t’April, dawk l-istudenti kollha li akkwistaw l-ewwel viża tagħhom bil-Passaport ta’ Heritage Malta huma mistiedna għall-avveniment esklussiv li se jsir fit-Tempji Neolitiċi ta’ Kordin III f’Raħal Ġdid….

Attivita'

Saturday 6th, Sunday 7th and Monday 8th April 2019 will take place the second edition of Italian Taste – Food tasting Event.  The events is an opportunity to see the most…

Aktar