Mużika
Ċelebrazzjonijiet speċjali mis-Soċjetà Filarmonika La Stella għall-festa ta’ San Ġorġ

B’rabta mal-festa liturġika ta’ San Ġorġ li, minħabba r-rikorrenza ta’ l-Għid il-Kbir, din is-sena ser tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 29 t’ April, is-Soċjetà La Stella ser tkun qed tniedi programm ta’ ċelebrazzjonijiet mifrux fuq tlett xhur sabiex ifakkru l-125 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ San Ġorġ, ta’ Vincenzo Cremona, li hi ċ-ċentru tal-festi esterni ta’ San Ġorġ kull tielet ġimgha ta’ Lulju u li wkoll meqjusa bħala kapolavur ta’ l-istess Cremona.

L-ewwel fażi ta’ dawn il-festi ser jiftħu b’mod ċelebrattiv permezz ta’ dimostrazzjonij bl-istess statwa nhar il-Ħadd 28 t’April fl-10am, li fiha ser tieħu sehem il-Banda Ċittadina La Stella u l-banda mistiedna, Santa Margerita (Sannat).

Il-Ħamis 2 ta’ Mejju, fis-7.30pm, ser tiġi inawgurata wirja marbuta mal-125 sena tal-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ. Il-wirja ser issir fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u ser tkun tinkludi numru ta’ statwi li huma xogħol Vincenzo Cremona minn madwar Għawdex u Malta, fosthom l-istess statwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ u disa’ statwi ohra li huma propjetà tas-Socjetà Filarmonika La Stella. Din l-inizjattiva qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Malti għall-Arti – permezz tal-fond ‘Creative Communities’.

Appuntamenti oħra fix-xahar ta’ April jinkludu l-ikla tal-festa fil-Każin tal-Banda La Stella, is-Sibt 27 t’ April u l-Pontifikal Solenni li jfakkar il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri fil-Bażilika ta’ San Ġorġ nhar it-Tnejn 29 ta’April fis-7pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.

Aktar informazzjoni tinsab fuq il-paġna Facebook tas-Soċjetà jew is-sit elettroniku www.lastella.com.mt

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu. Il-figura…

Mużika

Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Settembru, is-St Paul Chamber Ensemble se tkun qed tagħti bidu għalll-istaġun mużikali b’kunċert organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija b’kollaborazzjoni mal-Medina Foundation for Music. Għal darb’oħra…

Reliġjon

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, wara nuqqas ta’ aktar min tletin sena l-Luqin ser jerġgħu jaraw l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura, lura fit-toroq tar-raħal. Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din…

Mużika

Il-Big Friends Guggen Musik Band bejn is-26 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru ser tkun Leni fi Sqallija, fejn ser tesegwixxi mużika Maltija u għal darb’ oħra tkun ta’ ambaxxatriċi…

Aktar