Attivita'
Ċelebrazzjonijiet tal-Vitorja fil-Forti Sant’Anġlu

Nhar it-8 ta’ Settembru 2018, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ il-bibien ta’ Forti Sant’Anġlu bi prezz imraħħas ta’ €2 għall-pubbliku sabiex tfakkar il-ġurnata tal-Vitorja. Din l-attività se tinkludi wkoll l-aċċess għall-partijiet ta’ fuq tal-forti li hija amministrata mill-Ordni Militari Sovrana ta’ Malta.

Il-ġurnata tal-Vitorja hija msejjsa ma’ għadd ta’ ġrajjiet sinifikanti, fosthom ma’ żewġ rebħiet ta’ assedji, u għalhekk hija importanti ferm kemm għall-gżejjer Maltin u kif ukoll għall-poplu Malti.

Fit-8 ta’ Settembru 1565, l-armata Ottomana rtirat mill-attakk qawwi li kienet ilha tagħmel fuq Malta għal tliet xhur sħaħ, filwaqt li l-istess ġurnata tal-1943 rat it-tmiem tal-bumbardamenti kiefra li kienu qed isiru fuq il-gżejjer Maltin wara li r-reġim Faxxist ħabbar l-armistizju. Inċidentalment, din il-ġurnata taħbat ukoll maċ-ċelebrazzjoni tat-twelid tal-Verġni Marija.

Bħala tifkira ta’ dawn l-avvenimenti, Heritage Malta se tkun qed torganizza diversi attivitajiet fil-Forti Sant’Anġlu.  Fl-10:00am, se tiġi ċċelebrata quddiesa fil-Kappella tan-Natività tal-Verġni Marija.  Fil-11:00am se ssir kommemorazzjoni tal-vittmi tal-Assedju l-Kbir.  F’nofsinhar se tiġi ċċelebrata quddiesa oħra, did-darba fil-Kappella ta’ Sant’Anna.

Diversi gruppi se jkunu qed janimaw is-sit matul il-ġurnata, fosthom: Show of Arms, Historic Re-enactment Group Malta, u Battlefront Malta. Se jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ Malta Historical Fencing Association, Malta Royal Navy Association, u Fridericus Rex Malta Falconers.

Dawk li jattendu se jkunu jistgħu jgawdu wkoll ir-Regatta tradizzjonali li ssir fil-Port il-Kbir wara nofsinhar.  Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mid-9am sas-6pm, bl-aħħar dħul ikun fil-5:30pm.  Il-membri ta’ Heritage Malta li jippreżentaw il-membership card jidħlu bla ħlas.  Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org jew il-paġna uffiċjali tal-aġenzija fuq Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Sa mill-1974, bi storja ta’ 45 sena, il-Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin dejjem ħadmet qatigħ biex ittella’ dramm tal-passjoni għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan id-dramm illum tista’ tgħid huwa sinonimu mal-ġranet tar-Randan…

Attivita'

Il-Festival Gaulitana jirritorna bejn it-8 ta’ Marzu u s-7 t’April 2019, b’edizzjoni li ser tkun marbuta mat-tema “Il-Mara fis-Soċjetà”. Il-festival ħa spunt mill-Manon Lescaut (l-opra magħżula għal din is-sena) u…

Attivita'

Il-‘katavru’ ta’ aristokratiku Ruman ġie espost għall-pubbliku f’parti prominenti tad-Domus Romana, ir-Rabat, Malta. Il-funeral li se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 17 ta’ Frar, se jitlaq mid-Domus u jipproċedi lejn…

Attivita'

A Meow hall, where you can meet impressive breeds and new rare breeds (the Japanese Bobtail, Kurlian Bobtail, Russian Blue & Don Sphynx) and hear owners talk about their breeds.  Two days of…

Aktar