Mużika
Chiara f’kunċert tal-Milied f’Ħal Qormi

Għal sena oħra s-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ser ittella’ l-kunċert annwali marbut maż-żminijiet tal-Milied li jġib it-titlu ‘U Paċi fl-Art’.

Dan il-kunċert jittella’ fil-Knisa ż-Żgħira ta’ San Sebastjan li tkun imlibssa bl-isbaħ armar għal dawn iż-żminijiet tal-Milied. Id-direzzjoni ta’ dan il-kunċert ser tkun f’idejn l-Assistent Surmast ta’ din is-Soċjetà Mro Roderick Bugeja.

Dan il-kunċert ser ikun l-impenn mużikali ta’ qabel tas-sena 2017 hekk kif l-aħħar impenn mużikali jkun dak tal-akkumpanjament tal-purċissjoni tal-bambin lejlet il-Milied.

Ta’ min isemmi li għal dan il-kunċert ser ikun hemm il-parteċipazzjoni tal-kantanta popolari Chiara li ser takkumpanja lill-banda bil-vuċi tant sabiħa tagħha. Ma tonqosx ukoll il-priedka tradizzjonali tat-Milied li twassal ir-rakkont tat-twelid tal-messija. Din ser issir minn Federica Agius u Thea Galea.

Dan kollu ser jittella nhar is-Sibt 23 ta’ Diċembru fis-7.30pm. Id-dħul għal dan il-kunċert ser ikun b’xejn. Il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Pinto jawgura Milied ħieni u sena mimlija risq u hena.

 

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-grupp TEN08, li qabel kien magħruf bħala Rock Opera Group, nhar il-Ġimgħa ser jagħti kunċert rock klassiku fil-jott marina tal-Birgu, taħt il-Forti Sant Anġlu. Il-kunċert jibda fit-tmienja ta’ filgħaxija u…

Mużika

Kollox jinsab lest għall-kunċert Hooked on Classics, imtella’ mis-Soċieta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Kunċert li ser jiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq il-135 sena mit-twaqqif ta’ din is-Soċjetà. Dan il-kunċert ta’…

Mużika

Il-grupp SNIPS mistenni jdoqq fir-Razzett l-Aħmar il-Mosta, ilejla 12 ta’ Mejju 2018. Il-grupp Sqalli jispeċjalizza fil-mużika tat-tip Jazz fusion u huwa ffurmat minn Matteo Mancuso li jdoqq il-kitarra, Riccardo Oliva…

Mużika

It-42 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan hu festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti akkumpanjat minn mużika live. Dan il-festival joffri l-libertà…

Aktar