Attivitajiet Kulturali
Chiara u Ludwig b’kunċert għall-Epifanija

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem flimkien mal-Patrijiet Franġiskani u l-Fondazzjoni JP2 se jtellgħu kunċert tal-Epifanija.  Dan il-kunċert se jsir nhar il-Ħamis 4 ta’ Jannar fil-Knisja ta’ San Antnin ta’ Padova fit-triq lejn l-Imġarr mill-Qala.

Dan il-kunċert se jkollu repertorju differenti minn dak ippreżentat matul dan l-istaġun. Il-kanzunetti se jkunu interpretati mit-tenur Ludwig Galea u kantanta Chiara Siracusa.

L-avveniment se jibda fis-7.30pm u l-pubbliku ġenerali huwa mistieden jattendi.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Attivitajiet Kulturali

Nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2018 il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ser ikun qiegħed jorganizza l-attività annwali tiegħu bl-isem ta’ ‘Ħal Luqa mal-Medda taż-Żmien’. Bħal ta’ kull sena l-Kunsill jieħu…

Attivitajiet Kulturali

Il-Kunsill Lokali San Ġiljan qed jorganizza Lejla Folkloristika nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2018 fil-Pjazza tal-Balluta u mad-dawra tal-Pjazza, mis-06:00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Waqt din l-attività se jieħdu sehem,…

Attivitajiet Kulturali

Broken Dreams, parti mill-esibizzjoni fotografika multikulturali ta’ Valletta 2018, A Tale of Two Cities, tiftaħ fl-20 ta’ April fil-Mużew Nazzjonali tal-Posta u l-Hub tal-Arti fil-Belt Valletta. L-esibizzjoni hija kollezzjoni ta’ ritratti ta’…

Aktar