Mużika
Claudia Faniello u Matthew James fost l-ilħna f’Leone Goes Pop

Is-Soċjetà Filarmonika Leone, bis-sapport tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Kunsill Lokali Belt Victoria, tippreżenta il-ħdax-il edizzjoni konsekuttiva tal-Leone Goes Pop, il-produzzjoni artistika ewlenija, mill-ifjen banda f’Għawdex.

Lura fl-2008, il-Banda Ċittadina Leone ppruvat esperiment ambizzjuż li bħalu Għawdex kien għadu qatt m’esperjenza, meta nehdiet l-ewwel kunċert ta’ mużika pop minn banda f’Għawdex. Minn hemm ‘il quddiem, u bla waqfien, il-Banda Leone evolviet dan il-kunċert, sabiex sena wara l-oħra tellgħet kunċert ta’ livell f’diversi postijiet f’Għawdex u Malta, fosthom Pjazza t-Tokk u l-Ġonna ta’ Villa Rundle fil-Belt Victoria, il-Menqa ta’ Marsalforn u l-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta.

F’din il-ħdax-il sena konsekuttiva, din il-produzzjoni, b’saħħitha u aqwa minn qatt qabel, se tittella’ nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju, fid-9.00pm, fil-qalba tal-gżira Għawdxija – Pjazza t-Tokk, il-Belt Victoria. Dan il-Kunċert se jkun bil-parteċipazzjoni tal-kantanti popolari Maltin Claudia Faniello u Matthew James (ex-Red-Electric), kif ukoll bis-sostenn tal-kantanti lokali Fabian Galea, Francesca Sciberras, Michela Pace u l-Aurora Youth Choir. Dan il-kunċert se jkun ippreżentat minn Daniel u Ylenia minn 89.7 Bay, riċentament imħabbar l-aktar stazzjon tar-radju segwit f’pajjiżna għall-għaxar sena konsekuttiva.

Il-Banda Ċittadina Leone, komposta minn disgħin bandist lokali, se tkun immexxija mis-Surmast Colin Attard. Is-silezzjoni mużikali se tkun magħmula mill-aqwa biċċiet ta’ mużika Pop, kemm dawk li llum jinsabu fil-quċċata tal-klassifiċi, iżda wkoll dawk popolari tas-snin l-imgħoddija. Mill-grupp Pooh sa Bruno Mars, dan il-kunċert ċertament se jikkumplimenta l-gosti ta’ kulħadd.

Is-Soċjetà hija kommessa, li kif għamlet tul dawn l-aħħar 155 sena, tkompli tagħti esebizzjonijiet artistiċi b’xejn lill-pubbliku u tkun ta’ pjattaforma għal talent lokali.

Għal sen’oħra, dan il-kunċert se jkun bla ħlas, iżda riservazzjoni ta’ siġġijiet jistgħu jsiru b’sms fuq 99130694 jew inkella b’email fuq [email protected] Dan il-kunċert se jittella’ bis-sapport tal-Fondazzjoni Valletta 2018, il-Kunsill Lokali Belt Victoria, il-Ministeru għal Għawdex, Farsons u Citadel Insurance.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

The Embassy of France in Malta and the Embassy of Italy in Malta with the Italian Cultural Institute are organising a joint concert on Saturday 8th June at 7.30 pm…

Mużika

Earth Garden huwa wieħed mill-akbar avvennimenti mużikali mistennija f’Malta. Illum, 13-il sena wara nistgħu nqisuh bħala wieħed mill-iktar festivals popolari fil-qasam tal-mużika alternattiva kemm f’Malta kif ukoll fl-Ewropa. Il-Festival li…

Mużika

Soprano Kimberley Marie Grech will perform a delightful repertoire in a lunchtime concert at St. Augustine in Valletta on 7th May 2019 at noon. ‘La Colomba Bianca’ recital will feature…

Aktar