Attivitajiet Kulturali
Corazón għal Ġieħ iż-Żejtun 2018
Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed itella’ serata Mużiko-Letterarja fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kunsill Lokali taż-Żejtun, nhar it-Tnejn li ġej, 19 ta’ Marzu, 2018, festa pubblika, fis-7.30 p.m., fis-Sala Parrokkjali, Misraħ ir-Repubblika, iż-Żejtun.
Is-serata se tkun imżewqa b’mużika Maltija, b’vuċi mill-isbaħ mill-kantanta bravissima u rinomata, Corazón Mizzi, li se tkun qed tkanta diversi diski mill-ripertorju tagħha, fosthom il-kanzunetta li tkun mistennija minn ħafna ‘Fid-Dar tan-Nanna’.
Waqt din is-serata se jkunu qed jinqraw l-aqwa xogħlijiet letterarji minn kull kategorija li ġew sottometti fil-Konkors Letterarju 2018, kif ukoll se jkun qed joħroġu żewġ kotba bix-xogħlijiet li bihom ipparteċipaw f’dan il-Konkors. Bħal kull sena, waqt din is-sertata wkoll se jkun qed jingħata Ġieħ iż-Żejtun lil dik il-persuna li ħadmet b’risq iż-Żejtun u ż-Żwieten fuq livell lokali, nazzjonali, u internazzjonali, u minn din is-sena se jkunu qed jingħataw erba’ rikonoxximenti ġodda; Anzjanità Attiva, Fjamma Żagħżugħa, Wirt il-Ħarsien Kulturali, u l-Isportiv tas-Sena.
Din is-serata kull sena tkun mistennija minn ħafna u kulħadd huwa mistieden li jattendi. Għaldaqstant, dawk li jixtiequ jirriservaw il-postijiet tagħhom bla ħlas għal din is-serata jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 2166 3866.
Serata li se tkun qed tagħti promozzjoni dak li hu Malti u x’taf toffri l-Lingwa Maltija, li żgur se tkun lejla mill-isbaħ għal dawk li jħobbu dak li jagħmilna Maltin.
Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Aktar