Mużika
Corazon se tniedi album ġdid “Għall-Bejgħ”

Il-kantawtriċi Corazon Mizzi se tniedi album ġdid ta’ kanzunetti tagħha bl-isem ‘Għall-Bejgħ’.

L-isem tal-album huwa spirat mit-titlu ta’ waħda mill-aktar kanzunetti importanti f’dan l-album, liema kanzunetta hija tkomplija tal-kanzunetta ‘Fid-Dar tan-Nanna’.

Dan l-album se jkun jinkludi 12-il kanzunetta oriġinali, kollha bil-Malti. Fost dawn se jkun hemm ‘Nistenniek’, li rebħet il-Premju għall-Aktar Kanzunetta Oriġinali fil-Festival l-Għanja tal-Poplu ta’ din is-sena,  u ‘X’Se Jsir’,li rebħet l-ewwel premju fil-Festival l-Għanja tal-Poplu 2016.

Kanzunetti oħra, li anke jekk sa issa qatt ma nstemgħu diġà qanqlu interess kbir, huma ‘Buġibba’ li tittratta dwar is-sjuf ta’ tfulitna f’Buġibba, ‘Il-Kliem Poeżija’ li tippersonifika l-lingwa Maltija li nkitbet u se tiġi interpretata f’kollaborazzjoni ma’ Paul Giordimaina u ‘Kif Tħobbni Int’ li hija kanzunetta ta’ mħabba fi dwett ma’ Neville Refalo. Ir-reġistrazzjoni tal-album sar kollu bi strumenti live mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali flimkien ma’ grupp ta’ mużiċisti oħra, fuq arranġamenti u direzzjoni ta’ Aurelio Belli.

Dan l-album se jitnieda b’kunċert live fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta nhar il-11 u t-12 ta’ Jannar 2019. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq Corazó[email protected]. Biljetti jinkisbu minn www.ticketline.com.mt.

 

Aħbarijiet Oħra
Mużika

The Embassy of France in Malta and the Embassy of Italy in Malta with the Italian Cultural Institute are organising a joint concert on Saturday 8th June at 7.30 pm…

Mużika

Earth Garden huwa wieħed mill-akbar avvennimenti mużikali mistennija f’Malta. Illum, 13-il sena wara nistgħu nqisuh bħala wieħed mill-iktar festivals popolari fil-qasam tal-mużika alternattiva kemm f’Malta kif ukoll fl-Ewropa. Il-Festival li…

Mużika

Soprano Kimberley Marie Grech will perform a delightful repertoire in a lunchtime concert at St. Augustine in Valletta on 7th May 2019 at noon. ‘La Colomba Bianca’ recital will feature…

Aktar