Attivita'
Danusan fi tmun tal-irħas cruise li qatt rat Malta

Id-Danusan reġgħu għamluha – is-sena l-oħra ħarġuha li nfirdu, u din is-sena, ġej Malta cruise bi prezzijiet jibdew minn €15. U ma qalu xejn li mhux veru!

Skont li tellgħu lbieraħ filgħaxija fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom, din kienet kollha rigward ix-xow li għandhom f’Marzu li ġej, bl-isem ta’ ‘Il-Cruise tad-Danusan’. U b’hekk, ir-riklam kollu jagħmel sens… Malta to Malta għax kulħadd ser jibqa’ Malta peress li x-xow ser isir Sir Temi Zammit Hall l-Università.

Għall-gallarija bi €15 biss, kienu qed jirreferu għall-gallarija tat-teatru. U d-divertiment waqt ix-xow ser ikun kollu bil-Malti… mid-Danusan stess.

Tista’ tingħaqad ma’ Danusan għall-irħas cruise li qatt rat Malta fit-8,9 u l-10 ta’ Marzu mit-20:30 ‘il quddiem.

Biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit http://www.danusan.com

Ara wkoll:

Dalwaqt l-irħas cruise f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Taf kemm hemm eżemplari u speċi differenti ta’ għasafar fil-kollezzjonijiet tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali ġewwa l-Imdina? Qatt kellek kurżità biex issir taf minn fejn ġew dawn l-għasafar u x’informazzjoni jistgħu…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 20 t’Ottubru, Heritage Malta se tiftaħ it-tempji megalitiċi ta’ Ħal Tarxien bla ħlas għall-pubbliku. Dawn it-tempji antiki li nbnew bejn it-3600QK u l-2500QK huma mniżżla fil-Lista tal-Wirt Dinji…

Attivita'

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb importanti fis-sena, se jiftaħ għall-pubbliku nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru b’konferenza dwar il-letteratura tal-fantaxjenza bl-isem ‘Strange New Worlds’. Il-konferenza se tkun organizzata mill-Kunsill…

Attivita'

Wara 100 sena minn twelidu, il-Belt Valletta se tħaddan fiha l-kommemorazzjoni ta’ wieħed minn uliedha; l-artist Esprit Barthet. Mwieled il-Belt fis-6 t’Ottubru 1919, Barthet għadu rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa artisti…

Aktar