Mużika
De Paule in Concert – Grandioso 2019

Is-Soċjetà Filarmonika G. M.Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re ser itella’ l- kunċert mużikali tagħha fl-10 ta’ Novembru fis-Sala Temi Zammit fl-Università ta’ Malta ifs 7 ta’ filgħaxija.

Il-kunċert ta’ din is- sena ngħata l-isem ta’ ‘De Paule in Concert – Grandioso’. Il-Banda Kristu Re, issa saret magħrufa għal dawn il-kunċerti li ilhom jsiru ghal dawn l-aħħar 30 sena. Bħal snin ohra dan il-kunċert se joffri spettaklu kbir b’esperjanzi mużikali, vokali u viżivi mill-aqwa lil dawk kollha li jattendu! Wara s-suċċess tal-kunċerti li għaddew minn din il-banda fi snin passati din is-sena nistgħu ngħidu li ħa jkun wieħed mhux b’inqas.

Għal din is-sena intgħażlet mużika varjata’ li tolqot lil kull ġeneru. minbarra siltitiet klassiċi ta’ Beethoven u Strauss, ser tindaqq mużika li ser tindaqq ghall-ewwel darba minn banda Maltija. Din hija biċċa mużika meraviljuża mill-kompożitur spanjol Josè Alberto Pina li għandha tinżel tajjeb ħafna ma kull min jattendi.

Mil-lat kontemporanju se jkun hemm biċċiet mid-diski tal-grupp ‘Queen’, soundtracks ta’ films, solijiet, mużika Pop u ovjament silta mużikali mill-pinna tas-surmast stess. Fost il-kantanti lokali insibu lil Kristy Spiteri u Kim Grech.

Ser tindaqq ukoll biċċa mużika taħt id-direzzjoni ta’ Surmast Onorarju li kien id-direttur tal-Banda meta’ rebħet il-konkors tal-Baned, 25 sena ilu.

Id-direzzjoni mużikali u artistika ta’ dan il-Kunċert ser tkun dik David Joseph Sammut, surmast direttur tal-istess Banda. David għandu bosta esprjenzi f’dan il-qasam kemm f’Malta kif wkoll barra minn Malta fosthom fl-Italja u Dubai

Aktar informazzjoni dwar da nil-Kunċert tinstab fuq il-paġna uffiċċjali tas-Socjeta fuq Facebook – Socjeta Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule Banda Kristu Re jew fuq il paġna bl-isem ta’ De Paule in Concert – Grandioso

Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas iżda jkun apprezzat jekk min jattendi jagħti donazzjoni mad-dħul tal-kunċert b’risq is-Soċjetà. Biljetti jiġu akkwistati minn hawn.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

The famed Saturday Night Bee Gees tribute band has arrived in Malta ahead of their one-night-only disco event in aid of Save Valletta’s Skyline appeal, taking place tonight. The six-member…

Mużika

A concert in aid of the restoration of the marouflage paintings adorning the Church of the Sacred Heart of Jesus in Nadur Gozo is going to be held within the…

Mużika

It has been an amazing summer of outdoor concerts and live entertainment, in virtually every village on Gozo. It was fantastic to witness the best of Maltese and Gozitan talent…

Mużika

Bħala parti mill-attivitajiet mtella’ mis-Soċjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru tar-Rabat biex tfakkar il-150 sena mit-twaqqif tagħha, nhar il-Ġimgħa 4 t’Ottubru 2019 se jittella’ programm vokali u strumentali taħt il-patrocinju tal-E.T. il-President…

Aktar