Attivita'
Dħul bla ħlas u tnedija ta’ ktieb ġdid fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien

Nhar il-Ħadd, 20 t’Ottubru, Heritage Malta se tiftaħ it-tempji megalitiċi ta’ Ħal Tarxien bla ħlas għall-pubbliku. Dawn it-tempji antiki li nbnew bejn it-3600QK u l-2500QK huma mniżżla fil-Lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO bħala eżempji importanti ta’ arkitettura, xhieda ta’ stadju sinifikanti fl-istorja tal-bniedem. Apparti milli jżuru s-sit flimkien ma’ gwida, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jakkwistaw ktieb ġdid dwar is-sit li se jitnieda f’din il-ġurnata.

Is-sit tat-Tempji ta’ Ħal Tarxien instab fl-1913 meta bidwi beda jolqot ġebel kbir waqt li kien qed jaħrat l-għelieqi tiegħu iktar fil-fond mis-soltu. Waqt skavi estensivi fiż-żona nstabu strutturi megalitiċi kumplessi. Partijiet minn dawn il-binjiet kienu mżejna bi spirali u riljevi tal-annimali. Reċipjent kbir tal-ġebel, parti minn statwa mdaqqsa u numru ta’ elementi interessanti tal-ġebel iżidu mal-misteru tas-sit.

Il-viżitaturi jistgħu jsiru jafu aktar dwar il-ġrajja ta’ dawn it-tempji permezz ta’ żewġ żjarat bi gwida li se jsiru bl-Ingliż fid-9.30am u bil-Malti fis-2.00pm. Kull żjara tieħu madwar siegħa.

Għal dawk il-viżitaturi li huma interessati li jifhmu kif l-arkeologi jużaw il-fdalijiet tal-fuħħar biex jiskopru aktar dwar il-passat ta’ dan is-sit u dwar in-nies li kienu jużawh, se jkun hemm sessjoni ta’ ħasil tal-fuħħar bejn l-10.00am u s-1.00pm organizzata mill-Classics and Archaeology Student Association.

Dakinhar, se jitnieda ktieb ġdid dwar it-Tempji ta’ Ħal Tarxien li jservi bħala għodda essenzjali għal dawk il-viżitaturi li jixtiequ jsiru jafu iżjed dwar is-sit waqt iż-żjara tagħhom, filwaqt li jġeddilhom il-memorji kull darba li jqallbu l-paġni tiegħu u jaraw ir-ritratti bil-kulur u t-tagħrif dwar is-sit. L-awtur se jkun qed jiffirma l-kopji tal-ktieb waqt l-attività.

Ħinijiet tal-ftuħ: mid-9.00am sal-5.00pm (l-aħħar dħul fl-4.30pm).

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Aktar