Attivitajiet Kulturali
Dħul b’xejn fil-Mużew tal-Istorja Naturali u Domvs Romana fit-13 ta’ Diċembru

Nhar it-13 ta’ Diċembru, fil-festa pubblika, il-pubbliku għandu ċ-ċans jżur il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali u d-Domvs Romana b’xejn.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali jinsab fid-daħla tal-Imdina fil-palazz tas-seklu tmintax li kien ristrutturat mill-Gran Mastru Antonio de Vilhena fuq pjanti ta’ Charles Francois de Mondion tal-1726. Iddisinjat fuq stil barokk, dan il-palazz serva wkoll bħala sptar sakemm fl-1973 beda jospita l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali.

Id-Domvs Romana tinsab barra s-swar tal-Imdina fejn wieħed jista’ jara l-fdalijiet ta’ dar aristokratika Rumana li kienet instabet fl-1881. Għalkemm insibu ftit fdalijiet minn din id-dar, il-mużajk u l-artefatti misjuba fl-iskavar huma xhieda tar-rikkezzi u l-istorja antika ta’ din id-dar. Il-mużew mhux biss jippreserva wħud mill-fdalijiet prezzjużi Rumani iżda jwassal lill-viżitaturi jifhmu aħjar kif kienet il-ħajja domestika Rumana, bħall-ilbies, l-edukazzjoni, id-divertiment u l-ikel u x-xorb.

Iż-żewġ mużewijiet se jiftħu bejn id-9.00am u l-5.00pm, bl-aħħar dħul ikun fl-4.30pm.

Dakinhar, il-ħlasijiet tad-dħul u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet u s-siti l-oħra ta’ Heritage Malta se jibqgħu l-istess bħas-soltu.

Għal iktar tagħrif dwar Heritage Malta żur il-website, www.heritagemalta.org

 

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar