Arti
Dħul b’xejn fl-Armerija u fil-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru

Heritage Malta se tiftaħ b’xejn l-Armerija u l-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru nhar il-Ħadd li ġej, 6 ta’ Mejju.

Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jżuru wkoll il-wirja li qed tittella’ bħalissa fis-Sala tal-Pranzu u fis-Sala tat-Tron, ‘Picasso and Miró: The Flesh & the Spirit’.

Il-Palazz tal-Granmastru kien fost l-ewwel binjiet li nbnew mill-Kavallieri ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta lejn l-aħħar tas-seklu sittax. Matul is-snin il-Palazz tkabbar u ssebbaħ sakemm ħa l-forma strutturali preżenti. Serva wkoll bħala l-kwartieri tal-Granmastru, tal-kmandanti tat-truppi Franċiżi, tal-Gvernaturi Britanniċi u tal-Presidenti tar-Repubblika ta’ Malta.

Nhar il-Ħadd, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità jesploraw l-Armerija tal-Palazz li tħaddan fost l-akbar kollezzjonijiet ta’ armi u armaturi li għadhom esebiti fil-binja oriġinali tagħhom. Il-kollezzjoni tinkludi korazzi milbusa mill-Granmastri Alof de Wignacourt u Jean de la Valette, armi u armaturi milbusa minn kavallieri tal-Ordni u Ottomani waqt l-Assedju l-Kbir fl-1565, varjetà ta’ armi tan-nar għall-użu militari kif ukoll bħala passatemp u varjetà ta’ artillerija li oriġinarjament kienet tintuża fil-gwerer mill-fortifikazzjonijiet.

Fil-livell ta’ fuq tal-Palazz, il-viżitaturi jżuru l-Kmamar Statali, il-pitturi illużjonisti Barokki tas-seklu tmintax li jiddekoraw il-kuriduri, il-pitturi tal-mexxejja diversi li jmorru lura minn żmien l-Ordni ta’ San Ġwann sal-lum u s-Sala tal-Arazzi li tospita l-uniku sett ta’ arazzi komplut fid-dinja tas-seklu tmintax tal-‘French Gobelins’, intitolat ‘Les Teintures des Indes’.

Il-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu:
L-Armerija tal-Palazz mid-9.00am sal-5.00pm, l-aħħar dħul fl-4.30pm
Kmamar Statali mid-9.00am sal-4.30pm, l-aħħar dħul fl-4.00pm
Il-wirja Picasso and Miró mill-10.00am sal-4.30pm, l-aħħar dħul fl-4.00pm

Aħbarijiet Oħra
Arti

Naqsam il-MUŻA, inizjattiva ta’ Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018 u Malta Freeport Terminals Ltd., issa waslet ukoll f’Birżebbuġa. Naqsam il-MUŻA hu proġett fejn membri tal-komunità jagħżlu biċċiet tal-arti mill-kollezzjoni…

Arti

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ wirja artistika minn Tony Bartolo. Il-wirja se tittella’ bejn it-12 u s-27 ta’ Mejju, 2018 fir-razzett tal-Markiż Mallia Tabone. Tony Bartolo twieled l-Imġarr Malta…

Arti, Attivita

Il-ktieb tal-poeżija tas-sena wasal! Ilna ħames snin naqraw u niktbu u naħsbu f’poeżiji dwar il-patata u issa dawk il-poeżiji ġbarniehom fi ktieb. Il-ktieb jinkludi numru ta’ poeżiji bil-Malti tradotti għall-Ingliż,…

Arti

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ Wirja Artistika minn Charles Chetcuti bejn l-14 u t-28 ta’ April 2018 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Charles Chetcuti, mwieled…

Aktar