Diskussjoni
Dibattitu ieħor biex jitwieġbu bosta mistoqsijiet dwar il-mina bejn Għawdex u Malta

Fl-aħħar xhur, l-għaqda Wirt Għawdex rċeviet diversi mistoqsijiet kemm mill-membri tagħha kif ukoll mill-pubbliku dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-mina proposta biex tgħaqqad lil Għawdex u lil Malta.

Qabel ma’ l-għaqda tieħu pożizzjoni formali dwar din il-proposta, ser torganizza dibattu apolitiku dwar dan is-suġġett nhar it-Tnejn 18 ta’ Marzu 2019 fis-6.30pm fl-Oratorju Don Bosco, Ir-Rabat Għawdex (lejlet il-btala pubblika ta’ San Ġużepp).

Kelliema u persuni interessati kif ukoll rappreżentanti ta’ għaqdiet b’opinjonijiet differenti ġew mistiedna biex jippreżentaw il-pożizzjoni tagħhom u l-informazzjoni li għandhom dwar is-suġġett.

Hija l-intenzjoni tal-Għaqda Wirt Għawdex li dan id-dibattitu jservi biex jiġu mwieġba diversi mistoqsijiet li sa llum għadhom m’humiex ċari u biex tgħin lil dawk preżenti biex jiffurmaw opinjoni bbażata fuq informazzjoni korretta.

1. Dr Franco Mercieca – Iċ-Chairperson tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Mina bejn Malta u Għawdex
2. Mr Joseph Borg – President tal-Gozo Business Chamber
3. Mr Joe Muscat – CEO tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu
4. Mr Sean Zammit Association – President tal-Ħaddiema Għawdxin f’Malta
5. Mr Giovan Pace – resident Għawdxi
6. Ms Rachel Galea – President Gozo University Group
7. Dr Samuel Azzopardi – President Reġjun Għawdex

Se jkun hemm preżentazzjonijiet minn Alfred Baldachino fuq l-effetti ambjentali u l-Prof. Godfrey Baldacchino fuq l-impatt sociali tal-proġett.

Fit-tieni parti tad-dibattitu, l-udjenza tkun tista’ tagħmel il-mistoqsijiet u l-kummenti tagħha. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u jipparteċipa fid-dibattitu.

Aħbarijiet Oħra
Diskussjoni

In the last few months Wirt Għawdex has been asked by its members and the general public about its position with regards to the proposed tunnel linking Gozo to Malta….

Diskussjoni

It-Tlieta 6 ta’ Novembru fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Sephora Francalanza se tagħmel taħdita pubblika mis-sensiela dwar It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti dwar “L-Idjoma Brikkuna fil-Lirika ta’ Mario…

Diskussjoni

Are you interested in global wildlife? If yes, then come along to our upcoming Nature Meet-up at Salina Nature Reserve, that will discuss the plight of Puffins. This talk will shed…

Diskussjoni

Heritage Malta se torganizza seminar ta’ nofs ta’ nhar fuq il-frammenti tal-wirt kulturali bl-isem ta’ ‘Archaeological fragments and other sources of information’. Is-suġġetti ttrattati f’dan is-seminar jinkludu l-arkeoloġija fil-pre-istorja, fil-perjodu…

Aktar