Attivita'
Din is-sena l-Begigga tal-Birgu se ssir mill-gallariji

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.”

Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak il-laqam, insterqitlu l-mogħża lejliet l-Għid, u t-tfal tal-Birgu kienu ħarġu jkantaw u jdoqqu bit-tambur wara l-quddies tal-Għid. Din kompliet issir kull sena, u mas-snin kibret. Kull sena n-nies tal-Birgu, joħorġu bit-tambur, filgħaxija wara l-quddies, u jsir kull tip ta’ storbju.

Din is-sena, minħabba l-Covid 19, “Il-Begigga” mhux ser titħassar, iżda ser issir b’ mod differenti. Għalhekk għada fil-Birgu kollu, in-nies imħeġġa toħroġ fil-gallariji, bjut,u  twieqi, u minbarra li ħa jsir l-istorbju tas-soltu, ser jinxtgħelu wkoll, il-gallariji u l-faċċati. Dan kollu ser jibda eżatt fid-9pm tas-Sibt 11 t’ April.