Teatru
Direttur tal-opra rinomata mad-dinja Vivien Hewitt għall-opra Tosca f’Għawdex

L-opra Tosca, waħda mill-favoriti dejjiema ta’ Puccini, tirritorna l-Aurora f’Ottubru li ġej wara perjodu relattivament qasir. U jekk wieħed jista’ jqis it-tielet Tosca f’7 snin bħala ‘daqsxejn żejda’, il-ġustifikazzjoni għal dan kollu tiġi bl-isem ta’ Vivien Hewitt, direttur tal-opra li rebħet numru ta’ awards, b’fa

ma mondjali għall-għarfien u l-esperjenza li għandha fl-opri ta’ Puccini.

B’aktar minn 50 produzzjoni differenti tal-opra fuq isimha fl-Ewropa, fl-Asja, l-Amerka Latina u l-Istati Uniti, Hewitt hija esperta internazzjonali anke fid-disinn tal-kostumi u d-dwal.

Imwielda l-Irlanda u tgħix l-Italja, Hewitt taħdem madwar id-dinja kollha. L-aktar produzzjonijiet reċenti jinkludu La Boheme għas-Sugi Opera f’Seoul, żewġ produzzjonijiet differenti ta’ Madama Butterfly għall-Festival Puccini u t-Teatru Carlo Felice ta’ Ġenova, Il Barbiere di Siviglia ukoll għall-Carlo Felice, Tosca fl-arena Yonsei f’Seoul, The Fairy Queen f’Firenze u Rigoletto f’Seoul Arts Centre.

Fil-Festival ta’ Puccini f’Torre del Lago, Hewitt idderiġiet Madama Butterfly, Edgar, Tosca, Gianni Schicchi u Suor Angelica, fi spazju ta’ 3,400 ruħ kull darba.

Bla dubju, il-kurrikulu ta’ Hewitt, mimli stilel ċelebri tal-opra għandu jġib fl-Aurora f’Għawdex qabża kbira fil-kwalità tal-ispettaklu, inkluż fil-kostumi u disinn tax-xeni kif ukoll fl-għażla tal-kast, li għandha titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.

L-ingaġġar ta’ Vivien Hewitt jimmarka tappa oħra fil-ħidma sfiqa tal-Aurora biex tkompli tgħolli l-prodott artistiku. Din se tkun għażla li tiffaċilita modi ġodda ta’ kif tinħadem l-opra, tibni dibattitu ta’ ideat u twitti t-triq għal produzzjoni ġdida li se tinħoloq speċifikament għat-Teatru tal-Opra Aurora.

B’esperjenza straordinarja fi produzzjonijiet fuq it-televiżjoni u l-internet, dokumentarji televiżivi u ċinematografiċi u attività vasta ta’ tagħlim f’istituzzjonijiet għolja, Hewitt se ġġib magħha s-saħħa u l-qawwa tal-awtentiċità, is-sbuħija, armonija, eleganza u intensità emottiva f’din il-produzzjoni ta’ Tosca.

L-għan tagħha huwa “li tidħol fil-fond tal-opra u toħloq sintonija bejn il-mużika, il-librett, il-viżwal, il-klima tad-dwal, l-azzjoni, il-ġesti u simboliżmi u l-interazzjoni b’mod li jwasslu esperjenza b’saħħitha u awtentika lill-pubbliku. Hija tara t-tradizzjoni bħala riżorsa prezzjuża li għandha tiġi ppreservata u esplorata b’imħabba u attenzjoni biex toffri punt tat-tluq lil vjaġġ eċitanti f’espressjoni artistika ġdida.

Vivien Hewitt titkellem aktar fuq il-viżjoni tagħha għal din l-opra fuq www.teatruaurora.com.

L-opra Tosca se ssir fit-Teatru tal-Opra Aurora nhar is-Sibt 13 t’Ottubru 2018 fis-7:30pm. Biljetti jinxtraw minn fuq www.teatruaurora.com jew bit-telefon fuq 79045779.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

Wara s-suċċess li nkiseb sentejn ilu permezz tal-kummiedja ‘It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla’, Mixta Drama se ttella t-tieni kummiedja ‘Il-Honeymoon ta’ Karmena Abdilla’. Il-karattru ta’ Karmena huwa wieħed maħbub minn bosta…

Teatru

Għat-tieni sena konsekuttiva se jittella’ d-dramm mużikali AĦNA LI KONNA MIEGĦU: FUQ IL-GOLGOTA. Dan huwa dramm tal-passjoni mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani – GiFra.  Fuq kitba ta’ Patri Joseph Magro, din is-sena…

Teatru

L-Akbar Imħabba huwa d-dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa li The Drama Group Mosta se tippreżenta din is-sena. Dan id-dramm, oriġinali bħal ma jkunu d-drammi ta’ dan il-grupp huwa t-35 wieħed….

Teatru

Hekk kif ninsabu fiż-żminijiet tar-Randan, għal sena oħra l-Għaqda Banda Żejtun qed taħdem fuq bosta attivitajiet marbuta ma’ dan iż-żmien, inkluż ir-rappreżentazzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena, b’differenza mis-snin imgħoddija, minflok…

Aktar