Reliġjon
Dramm tal-passjoni fl-Imqabba jinkludi t-tema tal-abort

Dramm li qed jitella’ fi żminiejiet tal-Ġimgħa Mqaddsa mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Mairja fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba u li kull sena ikollu fiħ xi suġġett jew episodji mill-ħajja kontemporanja, din is-sena nsibu l-abort li ser jisraqu ix-xena f’din il-produzzjoni.

Id-dramm ta’ madwar 25 minuta bit-titlu ‘Fejn hu Alla?!’, jikkonsisti f’xeni mill-Passjoni ta’ Kristu u minsuġa fihom insibu personaġġi mid-dinja tal-lum li jkunu għadejijn minn diversi problem fosthom mard kif ukoll l-abort. Dan kollu bil-għan li jwassal messaġġ u jqabbel tbatija li għadda minnha Ġesu’ Kristu ma’ tbatijiet differenti li jeżistu fost iż-żgħażagħ u familji tal-lum.

Id-Dramm ‘Fejn Hu Alla?!’ qed jitella ġewwa s-Sotterran ta’ Palazz Santa Marija li jinsab propju fil-Pjazza tal-Imqabba f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

Il-Ġimgħa, 12 ta’ April (Jum id-Duluri): 7:00pm – 9:00pm
Il-Ħadd, 14 ta’ April (Ħadd il-Palm): 11:00am – 1:00pm
L-Erbgħa, 17 ta’ April: 7:30pm – 9:00pm
Il-Ħamis, 18 ta’ April (Ħamis ix-Xirka): 7:00pm – 12:00am
Il-Ġimgħa, 19 ta’ April (Il-Ġimgħa l-Kbira): 9:30am – 12:00pm

Aktar informazzjoni, kif ukoll informazzjoni fuq il-Wirja La Semana Santa de Espana li qed titella’ ġewwa l-istess sede tas-Socjetà tistgħu isibuhom fuq www.santamairja.com u www.facebook.com/santamarija .

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu. Il-figura…

Reliġjon

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, wara nuqqas ta’ aktar min tletin sena l-Luqin ser jerġgħu jaraw l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura, lura fit-toroq tar-raħal. Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din…

Reliġjon

Minħabba t-temp mux daqshekk stabbli tal-bieraħ filgħaxija, kellha titħassar il-purċissjoni tas-Salib, hekk magħrufa bħala l-puriċssjoni ta’ Santu Kruċ f’Birkirkara. Din issa ġiet posposta għal għada l-Ħadd filgħodu, fejn wara l-quddies…

Mużika

B’rabta mal-festa liturġika ta’ San Ġorġ li, minħabba r-rikorrenza ta’ l-Għid il-Kbir, din is-sena ser tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 29 t’ April, is-Soċjetà La Stella ser tkun qed tniedi programm…

Aktar