Attivita'
EnKor b’kunċert fl-Università

EnKor huwa kor lokali u versatili, imwaqqaf fl-2002 u llum magħmul minn individwi ta’ etajiet u nazzjonalitajiet differenti. Il-kor, magħruf ukoll bħala #teamorange jkanta siltiet ta’ diversi stili, fosthom kanzunetti klassiċi bħal “Can’t Help Falling in Love” ta’ Elvis Presley, kanzunetti iktar moderni bħal “Only Hope”, kif ukoll siltiet fuq stil gospel u worship.

Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Diċembru 2018, EnKor ser itella’ kunċert bl-isem ta’ “A December to Remember”. L-udjenza ser tgawdi serata ta’ mużika mill-aqwa hekk kif il-kor jesplora l-istorja u l-ġeneri differenti ta’ EnKor. Ma jonqsux xi siltiet klassiċi tal-Milied li żgur ser jimlew lil kulħadd preżenti bl-ispirtu tal-Milied!

Mill-profitti tal-kunċert se jingħataw donazzjonijiet lil żewġ organizzazzjonijiet lokali. Kollox jibda fit-8:15PM, fil-kappella tal-Università ta’ Malta. Il-biljietti jiswew €8 u jistgħu jinxtraw minn ticketline.com.mt.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ se jtella’ Villaġġ tal-Milied fi Pjazza San Filep u Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ. L-attività, li qed tittella’ bil-kolloborazzjoni mal-Kadini tal-Banda u bl-attendenza tal-Iscouts, se ssir nhar l-Erbgħa li…

Attivita'

Nhar it-Tnejn 17 ta’ Diċembru fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar ser jittella’ l-kunċert annwali għal żmien il-Milied mill-Kor Jubilate Deo. Din is-sena, il-kunċert għandu sinifikat akbar minħabba l-fatt li matulu ser ikun…

Attivita'

Għal darb’ oħra l-kunċert annwali tal-kor The New Choral Singers se jittella’ fuq żewġ serati: nhar it-Tlieta 18 ta’ Diċembru, fil-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl ġewwa l-Belt Valletta, u…

Attivita'

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi se jorganizza Pjazza Milied fi Pjazza San Nikola. Din is-sena Pjazza Milied se tinkludi attrazzjoni unika bil-parteċipazzjoni tas-Siġġiewi, fil-proġett Magna Żmien li qed isir…

Aktar