Attivita'
Esebizzjoni tal-mużajk bit-tema tal-art u l-baħar

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ esebizzjoni tal-mużajk Of Land and Sea minn Raymond Aquilina u Flavia Marmara.

Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk.

Raymond li huwa mwieled u trabba fil-qalba tar-Rabat, minn dejjem kien jaffaxina ruħu mix-xogħol tal-mużajk li hemm ġewwa l-Villa Rumana.  Waqt iż-zjarat frekwenti tiegħu kien jammira il-preċizjoni tas-sengħa u paċenzja kbira li jirrekjedi ix-xogħol tal-mużajk.

Flavia min-naħa tagħha bħala tifla kienet ta’ spiss tesperjenza l-proċess tal-arti mill-qrib, permezz ta’ ommha li kienet tkun frekwentament tiprattika l-arti tal-pittura id-dar.  Din l-esperjenza ħajritha biex minn età żgħira tibda tattendi klassijiet tal-arti li nisġu ġewwa fiha l-ispirtu artistiku u immaġinattiv.

Flavia u Raymond ilhom jipprattikaw l-arti tal-mużajk għal dawn l-aħħar tnejn u għoxrin sena wara li kienu attendew għall-kors tal-mużajk immexxi mill-Artist Alfred Briffa.  L-artisti jużaw diversi materjali biex joħolqu disinji u xogħlijiet oriġinali li joffru esperjenza rikka b’ diversi tekniki. Ix-xogħlijiet tagħhom huma ispirati primarjament minn natura u l-wirt kulturali ta’ diversi pajjiżi li jżuru.  Barra minnhekk, din l-esebizzjoni ma segħtatx tkun kompluta mingħajr l-esperjenza li kisbu ġewwa Ravenna l-Italja fejn attendew għall-kors tal-mużajk immexxi minn Luciana Notturni.

It-titlu ta’ din l-esebizzjoni huwa “OF LAND AND SEA”. Dan għaliex dawn iż-żewġ artisti iffukaw il-ħiliet taghhom biex ħolqu armonija bejn biċċiet diversi u kultant kuntrastanti mqgħeda ħdejn xulxin b’sengħa u paċenzja kbira biex iwasslu interpretazzjonijiet mill-isbaħ ta’ xeni prominenti li naraw fil-ħajja ta’ kuljum. Permezz ta’ din l-esebizzjoni, l-artisti jistiednu lil visitaturi biex mhux biss jesperjenzaw is-sbuħija tax-xogħol tagħhom, imma wkoll japprezzaw l-impenn qawwi ta’ siegħat twal ta’ xogħol li l-mużajk jirrekjedi.

L-esebizzjoni se ssir bejn is-6 u t-22 ta’ Ġunju fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel il-Mosta. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn -s-Sibt: mis-6pm sat-8pm u l-ħdud: mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Iċ-Ċiefa (bl-Ingliż Scopoli’s Shearwater) hija għasfur tal-baħar li jqatta’ ħajtu fuq l-ilma u jersaq lejn l-art biss biex ibejjet. Dan l-għasfur ibejjet f’diversi rdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin, u f’Malta għandna…

Attivita'

Il-festa popolari u tradizzjonali tal-Imnarja hija spiss assoċċjata ma’ lejl taħt il-kwiekeb fil-Ġonna tal-Buskett. Din id-darba, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, Heritage Malta qed tistiednek tqatta’ l-lejl tal-festa ta’ San…

Attivita'

Biex issaħħaħ il-mod pożittiv li bih qed tintlaqa’ l-esebizzjoni ‘Behind Closed Doors: Fort St Angelo & the Royal Navy 1906-1979’, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għall-avveniment ‘Memory Box’ li se…

Aktar