Attivita'
Esibizzjoni dwar stejjer ta’ ħaddiema Filippini

L-esibizzjoni interattiva ta’ arti viżiva ta’ Valletta 2018, Djar Eżiljati (Exiled Homes), hi proġett antropoloġiku u artistiku li jesplora u jaqsam stejjer ta’ ħaddiema Filippini li jaħdmu u jgħixu fi djar Maltin biex jieħdu ħsieb persuni anzjani. Din l-esibizzjoni se tiftaħ il-bibien tagħha għall-pubbliku fl-20 ta’ Ġunju fit-8pm, fiċ-Ċentru ‘Mill’ għall-Arti, Kultura u Krafts f’Birkirkara.

L-esibizzjoni tinkludi x-xogħol tal-artisti Aglaia Haritz u Abdelaziz Zerrou, kif ukoll ta’ ħmistax-il mara Filippina. Il-proġett Djar Eżiljati ġie mwettaq fi tlett fażijiet. Waqt l-ewwel fażi saret riċerka mill-antropologa Gisella Orsini, filwaqt li fit-tieni fażi l-artisti Aglaia Haritz u Abdelaziz Zerrou għamlu serje ta’ laqgħat ta’ diskussjoni flimkien man-nisa Filippini. It-tielet fażi hi l-esibizzjoni nnifisha, bir-riċerka u l-kreazzjonijiet li nħolqu minnha jiġu esibiti għall-pubbliku.

L-esibizzjoni Djar Eżiljati se tkun miftuħa għall-pubbliku bejn l-20 ta’ Ġunju u t-13 ta’ Lulju 2018, kull nhar ta’ Tnejn, nhar t’Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa bejn il-5pm u s-7pm, u kull nhar ta’ Sibt mill-4.30pm sat-8.30pm.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunvent tal-Karmnu tal-Imdina qed jorganizza wirja ta’ arti tal-artist Damian Ebejer. Il-wirja The Within: Paintings and Divergencies tinterpreta l-Kastell Ġewwieni ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù. Hija se tittella’ bejn it-12…

Attivita'

This is a great opportunity for families to explore two of Malta’s most breathtaking wild places – Għadira Nature Reserve and Foresta 2000. Start the day at Għadira, pick up a copy of…

Attivita'

The Malta All-Breed Rabbit Club together with the Malta Cage Bird Association will be hosting the second Bird & Rabbit Show after last year’s awesome success! These two clubs have…

Attivita'

Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima f’Tal-Pietà, il-Kummissjoni Festa qegħda torganizza wirja Marjana fis-sala Yvonne taħt iz-zuntier tal-knisja parrokkjali. F’din il-wirja se jkunu esebiti xi statwi tal-Madonna ta’…

Aktar