Attivitajiet Kulturali
Esplora l-fortifikazzjonijiet fil-Port il-Kbir minn fuq il-baħar

Heritage Malta qed toffri opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku li jesplora l-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Port il-Kbir u l-madwar minn fuq il-baħar.

Din l-attività, li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju, tinkludi dawra bid-dgħajsa mal-Port il-Kbir u dawk preżenti se jkollhom spjega minn gwida ta’ Heritage Malta. Iż-żjara tinkludi d-diversi portijiet fil-Port il-Kbir u Marsamxett, bħall-Port tal-Franċiżi, il-Port tal-Marsa u l-Lazaretto.

Il-vjaġġ bil-baħar jitlaq minn quddiem il-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu fis-7.00pm. L-ispjega se tiffoka l-aktar fuq l-istorja tal-fortifikazzjonijiet mibnija mill-Kavallieri ta’ San Ġwann u mill-Britanniċi kemm waqt u wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Wara li tintemm id-dawra fuq il-baħar, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jirrilassaw b’riċeviment żgħir fuq it-terrazzin tal-Mużew Marittimu li jagħti fuq il-jott marina tal-Birgu.

In-numru ta’ biljetti huwa limitat u jistgħu jinxtraw għall-prezz ta’ €18 għall-adulti u €15 għall-anzjani, studenti, membri ta’ Heritage Malta u tfal, mis-siti u mużewijiet tal-aġenzija jew online www.heritagemalta.org.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar