Sports
Ex WWE Superstar f’Malta – ċans biex tarah jiġġieled live

Min kien isegwi lil WWE bejn l-2001-2008 żgur jiftakar lil wrestler Tajiri. Tajiri kiseb fama mondjali mhux biss fiż-żmien tiegħu ma’ WWE iżda wkoll fil-Ġappun. Preżentament l-atleta Malti Ġanni Valletta qiegħed tag team partner miegħu fil-Ġappun fl-AJPW.

Nhar is-Sibt li ġej Tajiri se jkun f’Malta u se jkollu ġlieda waqt Green Mist. Green Mist, li hija mtellgħa mill-Pro Wrestling Malta, se tilqa’ fiha bosta atleti fosthom Maltin kif ukoll barranin minn madwar l-Ewropa.

Ma jistax jonqos li l-atleta Malti u AJPW Superstar, Ġanni Valletta,li qed jagħmel isem kemm għalih kif ukoll għal Malta madwar id-dinja, se jkun protagonist waqt Green Mist.

Żewġ atleti Maltin oħra, Jack Quinn u Glamorous Roddy ukoll se jkunu parti mix-xow. Dawn l-atleti wkoll qed jibnu isem għalihom lil hinn minn xtutna. Ftit tal-jiem ilu saru l-ewwel atleti Maltin li ġġieldu fil-Ġordan.

Matul ix-show se jkun hemm bosta atleti oħra fosthom: Kieran Young u TJ Sky li se jiddefendu għall-ewwel darba l-PWM Tag Team Champions. Tajiri se jiddefendi l-PWM Champion wara li lbieraħ rebaħ it-titlu kontra Red Scorpion fi ġlieda f’Bologna, l-Italja.

Ron Corvus, li f’Malta m’għandux bżonn introduzzjoni, se jissielet lil VP Dozer waqt l-International Heavyweight match.

Atleti oħra li se jkunu parti minn Green Mist huma Hari Singh mill-Indja, Heavyweight Heartbreakers u atleti Maltin fosthom Vardas, Bagwell, Owen Blanco, Iż-Żgħir,Adam Envy u La Famiglia.

A new debutant coming to Malta this summer, all the way from India, Hari Singh. This young athlete has been making a…

Gepostet von Pro Wrestling Malta am Freitag, 14. Juni 2019

Green Mist se tittella’ nhar is-Sibt li ġej fil-Palace Theatre, Ħal Tarxien. Il-bibien jiftħu fis-7:30pm. Biljetti minn hawn.

Ara wkoll:

Iħalli Malta biex jitħarreġ fil-wrestling u jipparteċipa f’kompetizzjonijiet madwar id-dinja

Aħbarijiet Oħra
Sports

Nhar il-Ħadd, 31 ta’  Marzu, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għall-ġurnata ta’ attivitajiet fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu. Il-viżitaturi jistgħu jgawdu minn prezz imraħħas biex iżuru l-forti u biex jaraw l-esebizzjoni l-ġdida…

Sports

Il-grupp ta’ volontarji Maltin, magħrufa aħjar bħala Amigos, tilgħin erba’ ġimgħat ġewwa l-Kenja biex jagħtu l-għajnuna kemm materjali u anke dik manwali lil min hu fil-bżonn. Kollox b’ħidma volontarja. Il-grupp…

Sports

WWE UK Star Flash Morgan Webster se jkun f’Malta għall-avveniment imtella’ minn Pro Wrestling Malta Hell-oween. Dan huwa t-tielet avveniment għal Pro Wrestling Malta għal din li sena. F’Hell-oween wieħed…

Sports

Puttinu qed jistieden lil dawk interessati jipparteċipaw għall-maratona ta’ futbol fil-Marsa Sports Grounds mit-18 sal-20 ta’ Mejju. Din il-maratona tista’ sservi ta’ ħarga għall-familja li tiġbor kollox u fiha attivitajiet…

Aktar