InformazzjoniKultura

Festa Ħut 2017

Għal darba oħra t-Taqsima Festi Rurali fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Animali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ser jorganizzaw Festa Ħut. Din ħa sir ġewwa l-istess raħal nhar is-Sibt 16 ta’ Settembru 2017 mis-sitta ta’ filgħaxija sal-ħdax ta’ billejl.

F’din il-festa, li llum nistgħu ngħidu saret tagħmel parti mill-kalendarju kulturali Malti, wieħed ser isib bejgħ ta’ ħut frisk, varjetà kontinwa minn artisti popolari Maltin fosthom Joe Demicoli, għana u kif ukoll sketches minn Joe (Dulli) u Veronica Farrugia. Se jkun hemm ukoll stalls tal-arteġjanat u snajja’ oħra, stands informattivi, bejgħ ta’ pjanti,gabbani ta’ ikel varjat, ħelu malti,spazju rikreattiv għat-tfal, kif ukoll il- ħwienet tal-lokal ħa jkunu qegħdin isajru riċetti speċjali bil-ħut.

lr-ristoranti tal-lokal ser ikunu miftuħin b’imwejjed quddiem il-lokal tagħhom filwaqt li l-promenade ħa jkun magħluq għall-vetturi waqt il-ħin tal-festa, biex b’hekk ix-xatt ikun jista’ jitgawda mill-publiku.

Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi għal din l-attività għall-familja kollha li issa saret okażżjoni annwali li tiġi fl-aqwa tal-istaġun tal-ħut.