Informazzjoni, Kultura
Festa Qargħasel 2017

Il-motto tal-Mosta “Spes Alit Ruricolam” jagħti xhieda lill-imgħoddi rurali tal-lokalità tal-Mosta. Fil-fatt, il-motto tal-Mosta ifisser ‘’It-tama ssaħħaħ lill-bidwi’’. Kultura u tradizzjoni li fasslu missirijietna msejjsa fuq l-prodotti agrikoli.

Għalkemm l-innovazzjoni u l-avvanz teknoloġiku qiegħed kull ma jmur jiżdied, it-tradizzjoni u l-kultura jibqgħu importanti fil-ħajja tagħna l-Maltin. Kunċett ġdid marbut ma’ żewg prodotti tipikament lokali, l-qargħa ħamra u l-għasel ser jkunu l-qofol ta’ Festa QARGĦASEL, attività kulinarja u kulturali li żgur ser tkun qed tiġbed l-attenzjoni ta’ bosta minħabba li bl-innovazzjoni tagħha li ġġib flimkien żewg prodotti lokali.

Festa QARGĦASEL qed tigi organizzata mill-Kunsill Lokali Mosta u se tittella’ mis-7.00 p.m. ’l quddiem, nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru, fil-wesgħa ta’ ħdejn ir-Rotunda u fit-toroq tal-madwar, se jkun hemm diversi attrazzjonijiet għal dawk li jattendu. Fost dawn se jkun hemm il-qari tal-bandu tal-ftuħ, għana, żfin tradizzjonali, rievokazzjoni ta’ tieġ Malti tal-passat, ktejjeb edukattiv tal-okkażjoni, banda, taħditiet, ikel u xorb, u aktar.

It-tradizzjoni tgħidilna li t-torta tal-qargħa ħarma kienet popolari ferm mal-Mostin u tmur lura snin kbar filwaqt li l-għasel hu mifhum li kien abbundanti fil-wied li jaqsam l-Mosta u li jġib ismu – Wied il-Għasel. Tradizzjoni antika issostni li ammont ta’ naħal kienu jipproduċu ammont kbir ta’ għasel fix-xegħdi tagħhom li kienu jinsabu fil-blat, li f’ċertu żminijiet kien evidenti l-għasel jċarċar mal-blat.

Għalhekk, nistiednu lil dawk li għandhom għall-qalbhom it-tradizzjoni, il-kultura u l-iktel tipiku malti sabiex jingħaqdu magħna nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru mis-7.00 p.m. ’l quddiem fil-wesgħa ta’ ħdejn ir-Rotunda u fit-toroq tal-madwar.

https://www.facebook.com/events/325331824595596/

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Wara kważi 50 sena minn meta ħareġ għall-ewwel darba r-rumanz  magħruf ta’ Nicholas Monsarrat fl-1973, ‘The Kappillan of Malta’, issa se jiġi ppubblikat għall-ewwel darba bil-Malti. It-traduzzjoni saret minn Wistin…

Informazzjoni

Il-Malta Society of Arts se tkun qed toffri aktar minn tletin kors fl-Arti Viżiva, Applikata u tal-Ispettaklu li se jibdew fl-aħħar ta’ Jannar 2018 L-applikazzjonijiet għall-korsijiet tal-Malta Society of Arts…

Informazzjoni

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI bi pjaċir tistiednek iżżur l-20 edizzjoni Tal- Wirja Tradizzjonali tal-Milied Fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta Bejn it-13 ta’ Diċembru 2017 u…

Informazzjoni

Is-Soċjeta’ Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own Birkirkara sejra ttella’ wirja għal żmien il-Milied bl-isem ta’ “”Verbum Dei Caro Factum Est – San Ġorġ Preca u l-Milied” fil-kmamar tal-kantina…

Aktar