Informazzjoni
Festa ta’ Inbid u Ikel Malti f’Ħal Għaxaq

Għat-tieni sena konsekuttiva l-Għaqda Mużikali San Gużepp ta’ Ħal Għaxaq ser  ittella’ Maltese Food & Wine Festival f’Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 15 u s-Sibt 16 ta’ Settembru mis-7 ta’ filgħaxija l’ quddiem.

Waqt dan il-Festival ser ikun hemm varjeta ta’ platters b’ikel tipikament Malti fosthom laħam taż-żiemel, fniek, majjal, bebbux, arjoli, bigilla, ġbejniet t’Għawdex, zalzett tal-malti, mqaret u ħafna iktar.  Dawk kollha li jattendu ha jkollhom għazla sħiħa ta’ ikel min fejn jagħzlu fejn żgur li se jintlaqtu l-gosti ta’ kulħadd, bl-unika limitazzjoni tkun li l-ikel kollu servut se jkun ikel Malti.

Platt ikel Malti ma jkunx komplut jekk miegħu ma tixrobx daqxejn inbid tajba u waqt dan il-Festival se jkun hemm varjeta kbira t’inbid Malti, prodott min Delicata Winery, minn fejn wieħed jista’ jagħżel skond il-preferenza tiegħu.  B’ kollox se jkun hemm madwar 14-il tip differenti  t’ inbid minn fejn tagħzel.

Minbarra l-ikel u l-inbid li wieħed jista’ jgawdi waqt dan il-Festival se jkun hemm ukoll stands bi prodotti ta’ l-ikel magħmula lokalment.  Dawk kollha li jattendu se jkunu jistgħu iduqu u jixtru biex igawduhom fi djarhom.

Din l-attivita ser issir fi Pjazza Santu Rokku ġewwa Ħal Għaxaq, fejn hemm spazju tajjeb ħafna biex wieħed jiġi u minbarra li jġawdi l-ikel u l-inbid jitpaxxa bid-divertiment lokali li se jkompli jpaxxi l-widna ta’ dawk li jattendu. Fost il-mistednin  speċjali għal dan il-Festival hemm il-grupp The Crowns u d-dwett Xarulu. Barra dawn ġew mistiedna wkoll gruppi ta’ folklor Malti li zgur ser jagħtu laqta tradizzjonai lil din l-attivita.

Din l-attivita qegħda tigi mtella’ bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-LESA.

 

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Fis-sena 2019, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara se tkun qed tiċċelebra l-Anniversarju talewwel Mitt Sena mit-twaqqif tagħha. Matul din is-sena, il-Kumitat beda bil-ħidma tiegħu sabiex ifassal ujwettaq programm ta’ ċelebrazzjonijiet…

Informazzjoni

Xi sena ilu il-Paediatric Department irrealizzaw kemm fosthom hemm nies b’talenti speċjali, mużiċisti, kantanti, artisti, skulturi, photographers u żeffiena. Dawn il-ħaddiema jaraw is-sagrifiċji li l-ġenituri ta’ tfal morda jagħmlu w…

Informazzjoni

Bells and carols will ring out joyously as the Corinthia Palace Hotel & Spa, in Attard, once again presents its popular annual Perfect Christmas Gift Fair. From stalls selling beautiful…

Informazzjoni

GO llum nediet konnessjoni tal-internet b’veloċità ta’ 1 Gigabit. Dan is-servizz hu disponibbli għall-klijenti kollha fin-negozju  li jinsabu fiż-żoni kull fejn hemm il-fibre. It-tnedija tas-servizz ta’ 1 Gigabit tkompli tpoġġi…

Aktar