Attivita'
Festival tal-ġobon u l-inbid f’Ħal Għaxaq

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, flimkien maż-żewġ Għaqdiet Mużikali tal-lokal, ser ikun qed jorganizza ir-reba’ edizzjoni taċ-Cheese and Wine Festival fil-pjazza ewlenija ta’ Ħal Għaxaq nhar is-Sibt 27 ta’ April mis-7 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

Wara s-suċċess kbir ta’ l-edizzjonijiet passati, għal din is-sena l-organizzaturi qed iħejju biex iwasslu festival b’ varjetà kbira ta’ ġobon u inbid.

Minbarra varjetà kbira ta’ ikel u inbid ser ikun hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ żewġ bands lokali li huma Sterjotipi u Kersten Graham u żona apposta għat-tfal.

Il-qligħ mill-bejgħ taz-tazzi tal-ħġieġ ser imur għal għanijiet filantropiċi. Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna ta’ facebook Cheese and Wine Festival – Malta.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8pm. Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali…

Attivita'

Fis-26 ta’ Lulju, fiċ-Ċittadella, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, se jikkommemora l-Assedju ta’ Għawdex 1551  bi dramm. Id-dramm imqassar tal-Isqof Ġużeppi Cauchi ”Jasar u Fidwa”…

Attivita'

Il-Parroċċa tal-Balluta qiegħda tfakkar u tiċċelebra l-160 sena mill-wasla tal-Istatwa Devota u Artistika tal-Madonna tal-Karmnu. Bħala parti minn dawn l-attivitajiet, il-Komunità Karmelitana qiegħda torganizza Pellegrinaġġ nhar il-Gimgha 19 ta’ Lulju…

Aktar