Teatru
Fettlilna nagħmlu Musical

L‐istudenti u l‐istaff tal‐iskola Seminarju Minuri tal‐Qalb ta’ Ġesù ser itellgħu l‐ispettaklu tal‐Milied bl‐isem Fettlilna Nagħmlu Musical, nhar il‐Ħamis 14 ta’ Diċembru 2017 fis‐5:30pm, ġewwa t‐Teatru Astra tar‐Rabat Għawdex.

Il‐Concert tal‐Milied hu appuntament annwali importanti ħafna fil‐kalendarju skolastiku tal‐ iskola.  Tul 150 sena ta’ storja, din l‐iskola sekondarja tas‐subien fi ħdan id‐Djoċesi ta’ Għawdex, minn dejjem rat fit‐teatru pilastru ewlieni li fuqu tfassal il‐proċess edukattiv tal‐istudenti tagħha.

Din is‐sena, il‐Concert tradizzjonali se jieħu xejra differenti, għaliex l‐iskola kollha qed taħdem fuq produzzjoni unika li ser tinvolvi sew l‐istudenti kif ukoll l‐għalliema.

Fuq kitba ta’ Alexander George Farrugia u direzzjoni ta’ Fr Joseph Bajada, l‐istorja ta’ Fettlilna Nagħmlu Musical teħodna fi skola pjuttost mitluqa, b’għalliema u studenti demotivati.  Il‐wasla ta’ membru ġdid tal‐istaff mimli b’enerġija u entużjażmu, imma xi ftit nieqes mill‐maturita’ u sens komun, jitfa’ nifs ġdid fil‐ħajja ta’ din l‐iskola.

Matul dan l‐ispettaklu ta’ sagħtejn mimli mużika ferreħija, doża tajba ta’ daħk, kant u messaġġi attwali, Fettlilna Nagħmlu Musical huwa l‐avventiment idejali biex wieħed jidħol fl‐ispirtu tal‐Milied.

Il‐biljetti jistgħu jinxtraw mill‐iskola tas‐Seminarju Minuri waqt il‐ħin tal‐iskola jew billi ċċempel fuq 99228506 jew inkella tibghat imejl fuq [email protected]

Wieħed jista’ jsegwi aġġornamenti dwar dan l‐ispettaklu fuq il‐paġna ta’ Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

Bejn is-17 u d-19 ta’ Mejju fit-Teatru ta’ Spazju Kreattiv tal-Belt Valletta, qed jittella’ addattament pop tar-rumanzett ta’ Francis Ebejer “Il-Ħarsa ta’ Rużann”. Il-kitba għall-palk u d-direzzjoni huma ta’ Jamie…

Teatru

Wara s-suċċess li nkiseb sentejn ilu permezz tal-kummiedja ‘It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla’, Mixta Drama se ttella t-tieni kummiedja ‘Il-Honeymoon ta’ Karmena Abdilla’. Il-karattru ta’ Karmena huwa wieħed maħbub minn bosta…

Teatru

Għat-tieni sena konsekuttiva se jittella’ d-dramm mużikali AĦNA LI KONNA MIEGĦU: FUQ IL-GOLGOTA. Dan huwa dramm tal-passjoni mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani – GiFra.  Fuq kitba ta’ Patri Joseph Magro, din is-sena…

Teatru

L-Akbar Imħabba huwa d-dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa li The Drama Group Mosta se tippreżenta din is-sena. Dan id-dramm, oriġinali bħal ma jkunu d-drammi ta’ dan il-grupp huwa t-35 wieħed….

Aktar