Mużika
Fewġa Klassika – Kunċert ta’ Kanzunetti popolari u Siltiet Operistiċi

Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Settembru, is-St Paul Chamber Ensemble se tkun qed tagħti bidu għalll-istaġun mużikali b’kunċert organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija b’kollaborazzjoni mal-Medina Foundation for Music.

Għal darb’oħra l-orkestra se tagħti preżentazzjoni ta’ kalibru għoli b’repertorju li mhux biss huwa ta’ pjaċir għall-udjenza iżda wkoll magħżul speċifikament biex ikompli jsaħħaħ il-kapaċitajiet tekniċi tal-orkestra.

Wara l-kunċerti ta’ suċċess tax-xhur li għaddew, l-orkestra ser tkompli l-programm tagħha għal din is-sena b’kunċert imżewwaq b’għażla ta’ siltiet varji li jinkludi arji Taljani magħrufa u kanzunetti Naplitani li żgur se jkunu apprezzati mill-udjenza Maltija.

Dan il-kunċert orkestrali u vokali se jkun qed jittella’ ġewwa ċ-Chinese Garden of Serenity, magħruf bħala l-Ġnien taċ-Ċiniżi, f’Santa Luċija fis-7.30pm.

Taħt id-direzzjoni ta’ Mro Mark Agius, il-ħamsin mużiċist se jakkumpanjaw il-kantanti lokali, Karen Gatt Darmenia (Sopran), Frances Catherine Farrugia (Sopran), Louisa Buhagiar (Mezzo Sopran), Joseph Aquilina (Tenur) u Louis Andrew Cassar (Baritonu).

Uħud mix-xogħlijiet se jkunu akkumpanjati mill-kor residenti tal-orkestra, Anacrusis, The Concert Choir. Ir-repertorju ser jinkludi xogħlijiet klassiċi u tradizzjonali Taljani ta’ kompożituri ewlenin kif ukoll siltiet bil- Franċiż u biċ-Ċiniż.

Id-dħul huwa b’xejn. Biex tirriserva post tista’ tiġbor biljett mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija fil- ħinijiet tal-ftuħ tal-Kunsill jew iċċempel fuq 21666600/27820381.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-Big Friends Guggen Musik Band bejn is-26 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru ser tkun Leni fi Sqallija, fejn ser tesegwixxi mużika Maltija u għal darb’ oħra tkun ta’ ambaxxatriċi…

Mużika

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se tkun qiegħda żżomm l-appuntament tagħha billi ttella’ l-kunċert annwali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar il-Ħadd 1 ta’ Settembru fit-20.15 fil-pjazza…

Mużika

Ftit qabel il-festa ta’ Santa Marija, grupp ta’ żgħażagħ minn Ħad-Dingli bl-isem “Żgħażagħ Brijużi Dinglin” nedew cd ġdid, taħt id-direzzjoni ta’ Mike Spiteri. Il-ħidma fuq dan il-proġett mużikali bdiet lejn…

Mużika

Wara s-suċċess li kisbet il-Gozo Youth Orchestra bil-preżentazzjoni tat-12-il edizzjoni tal-ispettaklu mużikali Opera vs Pop under the Stars fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex nhar it-Tnejn 29 ta’ Lulju, issa jmiss lil…

Aktar