Teatru
Filium Dei: dramm tal-Ġimgħa Mqaddsa fl-Isla

Għal dawn l-aħħar għaxar snin, grupp tad-drama fil-lokalità tal-Isla, illi jġib l-isem ta’ Senglea Drama Group, dejjem ħa ħsieb sabiex itella’ drammi għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena, dan l-istess grupp qed iħejji bil-preparamenti tiegħu sabiex jippreżenta dramm ieħor għal dawn iż-żminijiet.

Id-dramm ta’ din is-sena bl-isem ‘Filium Dei’, huwa dramm fuq il-ħajja, il-mewt u l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Waqt dan id-dramm, dawk kollha illi ser jattendu għalih, ser ikunu jistgħu jgħixu flimkien mal-atturi, l-istorja ta’ dak illi ġie fostna sabiex isalva
lill-umanità mid-dnub.

Dan id-dramm ser ikun qed jiġbor ġewwa fih diversi xeni differenti kif ukoll diversi monologi minn karattri differenti, illi permezz tagħhom, l-atturi nvoluti, jdaħħlu lill-udjenza bħala parti minn dan l-istess dramm. L-istess dramm ser ikun qed joffri wkoll diversi effetti awdjo viżivi, kif ukoll effetti bid-dawl.

F’dan id-dramm, ser ikunu qed jieħdu sehem madwar 50 attur. Id-dramm ‘Filium Dei’ huwa dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, b’kitba ta’ Adrian Falzon, illi Senglea Drama Group ser ikun qed itella’ ġewwa s-sala tas-Sede Azzjoni Kattolika, fil-lokalita’ tal-Isla, nhar is-Sibt 13 u l-Ħadd 14 t’April 2019, fis-7.30 p.m. Id-direzzjoni tad-dramm hija ta’ Adrian Falzon u Andrew Grech.

Il-biljetti għal dan id-dramm, jistgħu jinxtraw mill-bar tas-Sede Azzjoni Kattolika, 72 Triq il-Vitorja, l-Isla, kuljum bejn is-6:00 p.m. u t-8:00 p.m. Għal iktar informazzjoni u bookings ta’ biljetti, il-pubbliku jista’ jagħmel kuntatt ma dan il-grupp billi jċempel fuq 7944 9812 jew 9920 8015.

Il-pubbliku jista’ jagħmel kuntatt ukoll permezz ta’ l-indirizz elettroniku [email protected] Informazzjoni fuq id-dramm ‘Filium Dei’ u fuq Senglea Drama Group, tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku ta’ l-istess grupp, www.sengleadramagroup.com jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-istess grupp.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

“Mil-lum ‘il quddiem, int se tibda tissejjaħ ‘VERA IKONA’, il-mara li f’idejha żżomm ix-xbieha ta’ vera.” Minn hawn ħadet isimha il-mara li hemm diversi stejjer, xniegħat u leġġendi dwar min…

Teatru

On the 4th of March a brand new production of Mozart’s Così fan tutte will premiere at Teatru Manoel. With Così fan tutte, ossia La scuola degli amanti, the Manoel…

Teatru

San Ġwanni Pawlu II huwa l-uniku Papa li qatt rifes il-gżira t’Għawdex. Mhux ta’ b’xejn li għandu post speċjali fil-qalb tal-Għawdxin, kif fl-aħħar mill-aħħar għandu post fil-qalb ta’ ħafna u…

Teatru

Fil-familja Mercieca erbat aħwa jgħixu taħt l-istess saqaf: Anon, Franklin, David u Petra. F’24 siegħa jiġri minn kollox: jum il-votazzjoni f’elezzjoni ġenerali li waslet għal għarrieda, u li ħabtet mal-festa…

Aktar