Arti
Fondazzjoni Richmond b’ġurnata għall-familja mżewqa b’mużika u b’diversi attivitajiet

Fondazzjoni Richmond se tiċċelebra l-25 sena ħidma tagħha fis-servizz tas-saħħa mentali b’ġurnata għall-familja.

Il-Family Fun Day, li se tippromwovi l-importanza tas-saħħa mentali, se ssir fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali nhar is-7 ta’ Ġunju, 2018 mill-10am sas-6.30pm.

L-għan tal-attività huwa li tippromwovi wkoll s-sbuħija ta’ ħajja b’saħħitha u ta’ rilassament, aspetti li jgħinu s-saħħa mentali.

Matul l-attività se jitqajjem għarfien dwar is-saħħa mentali u dwar is-servizzi li tagħti l-Fondazzjoni Richmond.

Wieħed jista’ jsib ikel u xorb waqt li se jkun hemm kant minn Xarulu, Sterjotipi, The Flying Dutchman, Fabrizio Faniello, Ina Robinich, Alison Ellul Choir, Nicole Micallef, Odessa Green, Cherlyis Camilleri, Kimberly Cortis, Mikhail Attard, Fireplay Malta u Kinetic Dance Academy.

Fl-attività se jkun hemm ukoll żona għat-tfal, fitness classes, frott u ħaxix u stand tal-kotba.

Aħbarijiet Oħra
Arti

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se tella’ wirja artistika Brush Strokes. Il-wirja se tittella’ mid-9 sat-23 ta’ Ġunju 2018 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Hija se tkun miftuħa…

Arti

Naqsam il-MUŻA, inizjattiva ta’ Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018 u Malta Freeport Terminals Ltd., issa waslet ukoll f’Birżebbuġa. Naqsam il-MUŻA hu proġett fejn membri tal-komunità jagħżlu biċċiet tal-arti mill-kollezzjoni…

Arti

Heritage Malta se tiftaħ b’xejn l-Armerija u l-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru nhar il-Ħadd li ġej, 6 ta’ Mejju. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jżuru wkoll il-wirja li qed tittella’ bħalissa fis-Sala…

Arti

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ wirja artistika minn Tony Bartolo. Il-wirja se tittella’ bejn it-12 u s-27 ta’ Mejju, 2018 fir-razzett tal-Markiż Mallia Tabone. Tony Bartolo twieled l-Imġarr Malta…

Aktar