Attivita'
Fortizza b’veduta mill-aqwa tal-Middle Sea Race

Nhar is-Sibt, 20 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi minn esperjenza doppja fil-Forti Sant’Iermu, il-Belt Valletta.

Il-parteċipanti jistgħu jgawdu l-vantaġġ tal-pożizzjoni dominanti tas-swar tal-forti ħalli jsegwu t-tluq tad-dgħajjes tal-Middle Sea Race minn ġewwa l-Port il-Kbir fil-Belt. Barra minn hekk, dawn jistgħu jibbenefikaw ukoll minn żjara madwar il-forti flimkien mal-kuratur tas-sit. Riċeviment żgħir se jkun servut waqt dan l-avveniment.

Iż-żjara fil-Forti Sant’Iermu se tiffoka fuq l-Istorja tas-sit relatata mal-pożizzjoni strateġika tiegħu, partikolarment bħala gwardjan taż-żewġ portijiet prinċipali ta’ Malta.

Post u ħin: Quddiem id-daħla ta’ Forti Sant’Iermu fid-9:00am.

BILJETTI: Adulti €10. Anzjani/studenti/tfal/membri ta’ Heritage Malta €8. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta, kif ukoll online.

Il-biljetti għal din l-attività huma limitati. Għal aktar informazzjoni, ċempel 2395 4242 (matul il-ħinijiet tal-uffiċċju).

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar is-Sibt 15 ta’ Diċembru se torganizza Open Day mill-10am sa 12am fil-MUŻA. Id-dħul se jkun bla ħlas. L-għada MUŻA se jkun miftuħ bħall-mużewijiet l-oħra ta’ Heritage Malta – mid-9am sal-5pm…

Attivita'

Il-larinġ aħmar Malti akkwista reputazzjoni ta’ eċċelleza fi żmien meta dan il-frott kien meqjus bħala lussu fl-Ewropa, u n-negozju tiegħu fil-Mediterran kien pjuttost ristrett. Magħruf għat-togħma bnina u għall-fwieħa tiegħu,…

Attivita'

Schola Cantorum Jubilate huwa sinonimu mal-avveniment annwali ta’ ‘Carols by Candlelight’. Dan il-Milied, il-kor qed itella’ l ħmistax-il edizzjoni ta’ Carols by Candlelight fil-Knisja ta’ Santu Wistin ġewwa r-Rabat Għawdex…

Attivita'

EnKor huwa kor lokali u versatili, imwaqqaf fl-2002 u llum magħmul minn individwi ta’ etajiet u nazzjonalitajiet differenti. Il-kor, magħruf ukoll bħala #teamorange jkanta siltiet ta’ diversi stili, fosthom kanzunetti…

Aktar