Wirja
Ftuħ speċjali tal-wirja ‘Il-Belt Valletta u d-Dumnikani fil-Belt: mixja waħda’

Il-wirja Il-Belt Valletta u d-Dumnikani fil-Belt: mixja waħda li qed tittella’ bħalissa fil-kunvent tal-Ordni Dumnikan fil-Belt matul din il-ġimgħa tikkumplimenta tajjeb ħafna mal-Bażilika ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu u San Dumniku. Dan wara li artefatti mill-wirja nħarġu sabiex jaqdu l-funzjoni liturġika tagħhom u jlibbsu l-knisja fil-jiem tal-festa tal-patrun ta’ din l-Ordni, San Duminku.

Il-festa ta’ San Duminku fil-Belt tiġi ċċelebrata fi tmiem din il-ġimgħa u bħalma hija tradizzjoni fil-knejjes Maltin, dawn jiġu mżejna bl-aqwa opri artistiċi. Għaldaqstant artefatti u opri artistiċi bħal l-isfera tal-1701, ir-relikwarju tas-seklu 19 u diversi ventaltari u gandlieri tal-fidda, li kienu qegħdin jiġu esebiti fil-wirja, nħarġu fil-knisja għal din il-ġimgħa tal-festa.

Il-Belt Valletta u d-Dumnikani fil-Belt: mixja waħda hija wirja li tirrakkonta kif l-istorja tal-Belt Valletta u tal-komunità Dumnikana tal-Belt intisġu flimkien. Din il-wirja hija organizzata minn Heritage Malta flimkien mal-Parroċċa ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu u San Duminku. Fil-wirja hemm pitturi, inċiżjonijiet, volumi u manuskritti, object d’art, vestwarju u oġġetti kurjużi mill-kollezzjonijiet nazzjonali u dawk tal-Parroċċa.

Fis-sena li fiha qegħdin niċċelebraw il-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, din il-wirja tgħinna napprezzaw il-legat storiku, kulturali, u artistiku li l-Ordni Dumnikan ħalla fl-iżvilupp tal-Belt.

Din il-wirja fil-Kunvent tal-Ordni Dumnikan fil-Belt se tibqa’ miftuħa sas-7 t’Ottubru kuljum bejn l-10.00am u l-4.00pm. Iżda nhar is-Sibt 4 t’Awwissu u l-Ħadd 5 t’Awwissu, lejliet u nhar il-festa ta’ San Dumniku, il-ħinijiet tal-wirja ġew estiżi sat-8.00pm. Id-dħul huwa mingħajr ħlas.

 

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Il-Gozo Philatelic Society irranġat wirja ġdida fil-vetrina li għandha fil-livell -1 tal-ĦAĠAR (Pjazza San Ġorġ – Victoria), magħmula minn assortiment ta’ eżempji “Vittorjani” filateliċi u numismatiċi. Ġiet ippreparata biex tfakkar…

Wirja

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Ħal Safi, fi tmiem dil-ġimgħa, Heritage Malta qed tippreżenta l-esebizzjoni ‘Core and Periphery: Mdina and Safi in the 9th and 10th centuries’ fil-bini tal-Kunsill Lokali…

Wirja

Maħsub biex iservi bħala sors ta’ ispirazzjoni fix-xena tal-arti lokali, il-mużew il-ġdid tal-arti ta’ Heritage Malta, MUŻA, qed jistieden lill-pubbliku għall-ewwel laqgħa mal-Arti Moderna u Kontemporanja permezz ta’ taħdita li…

Wirja

Bħala parti mill-introduzzjoni għat-tibdil fis-sistema’ edukattiva li se tibda f’Settembru 2019, il-Mede qed ittella’ diversi wirjiet bit-titlu ta’ L-Alternattiv mhux Inferjuri. F’ Settembru 2019 se naraw l-introduzzjoni tal-My Journey fejn…

Aktar