Mużika
Gaulitana Vocal Masterclasses mas-sopran Miriam Gauci
L-edizzjoni li jmiss ta’ Gaulitana ser tinkludi numri ta’ master classes vokali mas-sopran Maltija ta’ fama mondjali Miriam Gauci bejn it-3 u is-6 t’April, 2018.

It-Tlieta u l-Erbgħa se jsiru sessjonijiet filgħodu u wara nofsinhar filwaqt li l-Ħamis se jinżamm coaching filgħaxija. Il-Ġimgħa imbagħad jittella’ l-kuncert li jikkonkludi l-master mill-parteċipanti.

Dawk interessati jistgħu jiksbu l-applikazzjoni u aktar informazzjoni billi jibgħatu email lil [email protected].

Applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu flimkien ma’ CV sa l-4 ta’ Frar, 2018.
Il-kantanti magħżula jiġu infurmati sa ġimagħtejn wara din id-data.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

The Guestlist shall be creating one of the most popular meeting points for you every Saturday night this summer, at the recently revamped nightclub Marrakech, located in Gianpula Village. Starting…

Mużika

Il-Banda San Gejtanu se tkun qed tfakkar il-112-il sena mit-twaqqif tagħha permezz ta’ Programm Mużikali fit-Teatru l-Imwaqqa’ l-Belt Valletta, nhar il-Ħamis 21 ta’ Ġunju 2018. Il-Banda San Gejtanu se tkun…

Mużika

Il-Banda Filarmonika Mnarja tan-Nadur se tkun qed torganizza l-Kunċert Sinfoniku Annwali ta’ Ġunju bl-isem ta’ Big Band Adventures fil-Pjazza ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur. Il-kunċert se jsir fis-16…

Mużika

Is-Soċjetà Filarmonika Leone, bis-sapport tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Kunsill Lokali Belt Victoria, tippreżenta il-ħdax-il edizzjoni konsekuttiva tal-Leone Goes Pop, il-produzzjoni artistika ewlenija, mill-ifjen banda f’Għawdex. Lura fl-2008, il-Banda Ċittadina Leone…

Aktar