Informazzjoni

Ġemellaġġ bandistiku

L-Għaqda Mużikali San Girgor f’għeluq l-20 sena sa mit-twaqqif tagħha fl-1997 dejjem ħadet ħsieb sabiex tara li tgħaqqad l-għan ewlieni tagħha tal-promozzjoni tal-arti mużikali ma’ l-element soċjali u kulturali,  l-Għaqda kellha diversi opportunitajiet li fihom għamlet esperjenzi mill-qrib ma’ fondazjonijiet mużikali barranin bħalma kienu Orvieto fl-2004 u San Gregorio da Sassola f’ Ruma fl-2012.  Din is-sena qiegħed isir skambju kulturali ieħor żewġ entitajiet mużikali fejn fih bejn is-Sibt, 8 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 14 ta’ Lulju, grupp ta’ madwar 120 ruħ minn Mirandola żaru  l-Gżira Għawdxija.  Matul il-mawra tagħhom fostna itellgħu żewġ kunċerti mużikali, wieħed fiċ-Ċittadella, Rabat, Għawdex, nhar it-Tlieta, 11 ta’ Lulju li kien kunċert klassiku fuq it-tema ta’ Giuseppe Verdi u l-ieħor f’Marsalforn, l-Erbgħa, 12 ta’ Lulju permezz ta’ mużika kontemporanja.

Prof. Patrizio Bianchi, Assessore al Coordinamento delle Politiche Europee allo Sviluppo, Scuola, Formazione Professionale, Universita’ Ricerca e Lavoro, mir-Reġjun ta’ l-Emilia Romagna fl-Italja, li kien flimkien mal-grupp taljan qal kif wara t-terremot li laqat l-Emilia Romagna f’dawn l-aħħar snin, permezz ta’ inizjattivi mużikali rnexxielhom jagħtu dimensjoni differenti anke permzz ta’ inklużjoni taż-żgħażagħ mirqum bl-arti tal-mużika.

L-iskola tal-Mużika Andreoli f’Mirandola hija komposta prinċipalment minn żgħażagħ li jaqsmu bejniethom l-esperjenza mużikali f’din l-iskola tal-Muzika minbarra studenti Taljani li jiffurmaw din l-entita’ hemm ukoll numru ta’ studenti li ġejjin minn pajjiżi oħra, kif ukoll ffokaw fuq l-inklużjoni peress li numru ta’ studenti huma persuni b’diżabilita’.  Dan il-fatt juri kif minkejja l-limitazzjonijiet tagħhom dawn il-persuni kapaċi jeċċellaw f’oqsma differenti u b’hekk ikunu anke parti minn din l-esperjenza li tagħmilhom ugwali għal sħabhom fl-istess fondazzjoni, l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilta l-istess Għaqda Muzikali San Girgor qed tħares lejh b’enużjażmu u fil-futur ser tkun qed taħdem fuq proġetti simili.

Issa jmiss l-Għaqda Mużikali San Girgor li b’grupp ta’ 68 persuna bejn l-Erbgħa 13 ta’ Settembru u t-Tlieta 19 ta’ Settembru tkun ammbaxxatriċi ta’ pajjżna, l-banda ser tesegwixxi kunċert Mużikali fil-pjazza ewlenija ta’ Mirandola (Modena) taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħha Mark Gauci. Fl-istess jiem il-grupp ser ikollu l-opprtunita’ li jiltaqgħa mall-għola awtoritajiet tal-pajjiż. B’hekk għal darb oħra l-Għaqda Mużikali San Girgor ser tkun qed tippromwovi l-kultura tal-gżejjer Maltin.