Attivita'
Għada tista’ żżur id-Domvs Romana bla ħlas

Heritage Malta qed torganizza Open Day fid-Domvs Romana, ir-Rabat.

Dawk li jżuru d-Domvs Romana, ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienet tkun id-dar ta’ aristokratiku Ruman żmien twil ilu. Il-mużajk sabiħ li rnexxielu jsalva wara sekli sħaħ, flimkien ma’ sett ta’ statwi tal-irħam tal-Imperatur Claudius u l-familja tiegħu, huma fost l-affarijiet interessanti li wieħed jista’ jara.

Id-Domvs Romana se tkun miftuħa mid-9am sal-5pm (l-aħħar dħul fl-4.30pm).  Iż-żjarat bi gwida se jkunu fl-10.30am (bl-Ingliż) u fis-2.30pm (bil-Malti). Dħul bla ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8pm. Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali…

Attivita'

Fis-26 ta’ Lulju, fiċ-Ċittadella, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, se jikkommemora l-Assedju ta’ Għawdex 1551  bi dramm. Id-dramm imqassar tal-Isqof Ġużeppi Cauchi ”Jasar u Fidwa”…

Attivita'

Il-Parroċċa tal-Balluta qiegħda tfakkar u tiċċelebra l-160 sena mill-wasla tal-Istatwa Devota u Artistika tal-Madonna tal-Karmnu. Bħala parti minn dawn l-attivitajiet, il-Komunità Karmelitana qiegħda torganizza Pellegrinaġġ nhar il-Gimgha 19 ta’ Lulju…

Aktar