Għajn-eye-three produzzjoni fiċ-Ċentru għall-Kreattivita’ ta’ San Ġakbu

L-produzzjoni bl-isem ta’ Għajn-eye-three se titella’ nhar il-11 u 12 ta’ April 2015 fit-8 ta’ filgħaxija fiċ-Ċentru għall-Kreattivita’ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta. Biljetti minn:- www.sjcav.org jew ċċemplu fuq 2122 3200.


Erba’ għalliema fi skola sekondarja jiddiskutu l-preżenza stramba ta’ Jeremy Fiteni u kif dan l-istudent għenhom bi kwistjonijiet personali li kellhom f’ħajjithom. Lis-Surmast, Jeremy għenu jaqta’ l-vizzju tat-tipjip u lis-sur Orlando ħeġġu biex joħroġ u jgħid li huwa omosesswali, filwaqt li lis-sur Gatt għenu jaċċetta d-difett li għandu, li ma jafx jikkontrolla l-gass ikun fejn ikun. U issa hemm is-sinjorina Saliba li spiċċat taħtaf lil kulħadd wara li l-għarus ħassar minn magħha. Hi tħoss li d-dinja tagħha sfat fix-xejn u donnha trid bilfors twaħħal f’xi ħadd. Jeremy għena tikkalma.

Imma issa Jeremy għeb għalkollox. Ħadd ma jaf fejn hu u lanqas biss jafu min hu fil-verita. Kif jista’ tifel li jattendi l-iskola ma jkunx imniżżel fir-reġistru? Kif jista’ jkun li s-Surmast m’għandu l-ebda dettalji dwaru?

Jista jkun li Jeremy … forsi huwa … ħares?

Produzzjoni miktuba minn, u b’direzzjoni ta’ Simon Bartolo.
Ippreżentata mill-atturi John Suda, Roderick Vassallo, Coryse Borg, Gilbert Formosa u Jamie Cardona.

Aħbarijiet Oħra
Produzzjoni

Żgur li min għandu għal qalbu l-kummiedja Maltija, xi darba jew oħra sema’ b’din il-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib miktuba mill-awtur Manwel Haber. Din il-kummiedja li ttellgħet 35 sena…

Produzzjoni

Il-Ħanina Maddalena huwa musical ġdid tal-maestro Dominic Galea b’kitba ta’ Simon Bartolo u lirika ta’ Loranne Vella. Iva, dawk it-tnejn; l-istess Simon Bartolo u Loranne Vella tar-rumanzi ta’ It-Triloġija tal-Fiddien,…

Produzzjoni

Moveo Dance Company, ippremjata l-Premju għall-Arti bħala l-Artist tas-Sena 2017, se tippreżenta produzzjoni taż-żfin għat-tfal ġot-Teatru Salesjan. Blooming Creatures hija produzzjoni ispirata min-natura u permezz taż-żfin tesplora movimenti ta’ kreaturi jinteraġixxu ma’…

Attivita'

Il-Ġimgħa Mqaddsa mal-Franġiskani, Musical fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani. Waqt din il-produzzjoni, mhux se jinżammu r-regoli tas-soltu, b’personaġġi bħal Pilatu, San Ġwann, is-Suldat li tah is-swat kif…

Aktar