Mużika
Għall-festa ta’ Santa Marija…inizjattiva mużikali minn grupp ta’ żgħażagħ Dinglin

Ftit qabel il-festa ta’ Santa Marija, grupp ta’ żgħażagħ minn Ħad-Dingli bl-isem “Żgħażagħ Brijużi Dinglin” nedew cd ġdid, taħt id-direzzjoni ta’ Mike Spiteri. Il-ħidma fuq dan il-proġett mużikali bdiet lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet.

Ħad-Dingli hu wieħed mil-lokalitajiet f’Malta li jiċċelebra l-festa ta’ Santa Marija. F’dan ir-raħal, il-festa li tiġi ċċelebrata Ħadd fuq il-15 ta’ Awwissu, għalhekk din is-sena ser issir il-Ħadd 18 ta’ Awwissu.

L-iskop wara s-cd hu li l-mużika għall-briju fil-festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli, tkun waħda aktar moderna, oriġinali u rilevanti għall-festa, mill-marċi li jindaqqu f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Għaldaqstant waħda mill-prioritajiet ta’ dan is-cd kien li jkun magħmul mid-Dinglin għad-Dinglin, b’talent lokali, u lirika rilevanti għar-raħal u l-festa.

Is-cd jinkludi 10 diski: 3 marċi tradizzjonali, 6 cover versions ta’ diski rinomati u diska oriġinali. Il-kanzunetta orġinali Ilkoll Madwarek, kantata minn Mike Spiteri, inkitbet minn David Vassallo u Duncan Caruana, u b’mużika ta’ Matthew Chapell. Il-kanzunetta tiffoka fuq l-imħabba li d-Dinglin għandhom lejn Santa Marija u l-għaqda li ġġib magħha l-festa.

Ipparteċipaw fil-produzzjoni ta’ din is-cd 16-il persuna minn Ħad-Dingli stess, inkluż dawk li kitbu l-lirika, mużika u anke li kantaw fic-cd. Il-qoxra tac-cd u anke l-filmat għal mad-diska oriġinali. Ilkoll Madwarek, ġew ddisinjati u maħduma minn żgħażagħ li wkoll huma attivi fil-komunità Dinglija.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Festivals Malta, flimkien mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali niedew verżjoni alternattiva tal-Malta Jazz Festival. Sabiex jiġi ċċelebrat it-30 anniversarju, il-festival ser jinkludi programm online u spettaklu ta’ jazz live ġo Misraħ il-Ħelsien u fit-taraġ…

Mużika

Jitnieda l-APS Summer Festival li se jittella’ bejn is-26 ta’ Ġunju u t-18 ta’ Lulju 2020 u se jkun qed jospita numru ta’ attivitajiet kulturali u ta’ divertiment fil-Valletta Waterfront,…

Mużika

Il-kunċerti tħassru minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, iżda xi kantanti qed jagħżlu li jibqgħu jferrħu lill-pubbliku bil-mużika mid-dar. Ivan Grech tal-Wintermoods illejla se jkun qed jagħti kunċert minn fuq it-terazzin tad-dar tiegħu…

Aktar