Arti
Għandek xi kitba u tixtieq tippubblikaha?

Jekk għandek xi kitba letterarja jew akkademika u tixtieq tippubblikaha f’rivista għandek l-opportunità li tagħmel dan.

Il-Bord Editorjali ta’ Leħen il-Malti qed jaċċetta kitbiet bil-Malti għall-ħarġa li jmiss – is-37 ħarġa. Għal din il-ħarġa l-Bord qed jaċċetta poeżiji, novelli u kitbiet akkademiċi ta’ natura lingwistika, kritika u kulturali.

Wieħed jista’ jibgħat sa massimu ta’ 3 kitbiet oriġinali, li jridu jaslu lil [email protected] jew bil-posta sal-15 ta’ Jannar 2017.

L-Editur Ġenerali ta’ din il-ħarġa hija Sephora Francalanza, il-President tal-Għaqda. Il-membri tal-Bord Editorjali huma Keith Attard, Dorianne Bartolo, Carmel Bezzina, Claudine Borg, Jean Paul Borg, Amy Camilleri, Martina Frendo, Claire Gouder u Jesmond Sharples.

Kull min jixtieq aktar dettalji jista’ jsib l-attività fuq  Facebook: https://www.facebook.com/events/323464768130949/ jew jikteb lill-Bord fuq l-istess indirizz elettroniku.

Leħen il-Malti hija r-rivista tal-Għaqda tal-Malti li ilha toħroġ mill-1931. Ħarġa 36 ġiet imnedija ftit tal-ġranet ilu waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u tinkludi xogħlijiet ta’ Joseph Axiaq, Clifton Azzopardi, Ġorġ Borg, Olivia Borg, Rowena Calleja, Joe Camilleri, Elena Cardona, Charles Casha, Antoine Cassar, Priscilla Cassar, Mary Chetcuti, Diane Cutajar, Alphonse Daudet, Wayne Farrugia, Audrey Friggieri, Joe Friggieri, Albert Gatt, Elizabeth Grech, Sandra Hili Vassallo, Karl Littlejohn, Kurt Gabriel Meli, Nadia Mifsud, Gabriel Pace, John P. Portelli, Rita Saliba u Paul Zahra.

Aħbarijiet Oħra
Arti

Naqsam il-MUŻA, inizjattiva ta’ Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018 u Malta Freeport Terminals Ltd., issa waslet ukoll f’Birżebbuġa. Naqsam il-MUŻA hu proġett fejn membri tal-komunità jagħżlu biċċiet tal-arti mill-kollezzjoni…

Arti

Heritage Malta se tiftaħ b’xejn l-Armerija u l-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru nhar il-Ħadd li ġej, 6 ta’ Mejju. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jżuru wkoll il-wirja li qed tittella’ bħalissa fis-Sala…

Arti

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ wirja artistika minn Tony Bartolo. Il-wirja se tittella’ bejn it-12 u s-27 ta’ Mejju, 2018 fir-razzett tal-Markiż Mallia Tabone. Tony Bartolo twieled l-Imġarr Malta…

Arti, Attivita

Il-ktieb tal-poeżija tas-sena wasal! Ilna ħames snin naqraw u niktbu u naħsbu f’poeżiji dwar il-patata u issa dawk il-poeżiji ġbarniehom fi ktieb. Il-ktieb jinkludi numru ta’ poeżiji bil-Malti tradotti għall-Ingliż,…

Aktar