Edukazzjoni
Għandek xi mistoqsija fuq il-Malti?

L-Għaqda tal-Malti – Università qed tikkollabora mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti b’sejħa għad-dubji jew id-diffikultajiet fuq l-ortografija Maltija. Fuq il-mudelli, fuq il-forom, fuq il-varjanti, ikunu xi jkunu.

In-nies huma mitluba jibagħtu d-dubji tagħhom, sabiex permezz ta’ kampanja li se ssir mill-Għaqda u mill-Kunsill, dawn il-mistoqsijiet jiġu mwieġba.

Id-dubji jew diffikultajiet jistgħu jintbagħtu fuq [email protected] Is-sejħa tagħlaq fil-11 ta’ Settembru.