Kultura
Għar Dalam u Borġ in-Nadur miftuħin b’xejn għall-pubbliku

Heritage Malta se tiftaħ b’xejn Għar Dalam u t-Tempju ta’ Borġ in-Nadur nhar il-Ħadd li ġej, 22 ta’ Lulju.

Is-sejba ta’ Għar Dalam fis-Seklu 19 kellha relevanza kbira għall-istorja preistorika ta’ pajjiżna wara li fl-iskavar ġew skoperti għadam ta’ bnedmin u ta’ annimali flimkien ma’ artefatti. Fil-preżent l-għar għadu d-dar ta’ diversi speċi ta’ annimali, u wħud minnhom huma ta’ interess kbir għall-fatt li speċi endemika tinstab f’dan is-sit biss. Is-sit kollu ta’ Għar Dalam jikkonsisti fl-għar, sala fuq stil Vittorjan, sala oħra ta’ interpretazzjoni u ġnien b’siġar u pjanti indiġeni Maltin.

Is-sit preistoriku ta’ Borġ in-Nadur kien jintuża kemm fi Żmien it-Tempji kif ukoll fi Żmien il-Bronż. Skavat fis-snin 20, is-sit ta informazzjoni li tejbet l-għarfien ta’ aspetti mill-preistorja Maltija li sa dak iż-żmien kienu għadhom problematiċi, per eżempju d-differenzi bejn Żmien it-Tempji u Żmien il-Bronż. It-tempju b’erba’ apsidi li jinsab fis-sit għandu quddiemu wesgħa kbira magħluqa li hija unika għal binjiet bħal dawn.

Matul l-open day se jsiru għadd ta’ żjajjar bi gwida fiż-żewġ siti. F’Borġ in-Nadur se jsiru erba’ żjajjar bi gwida u jibdew fid-9.30am, fl-10.30am, fis-2.30pm u fit-3.30pm filwaqt li tliet żjajjar bi gwida se jsiru f’Għar Dalam u jibdew fid-9.00am, f’12.00pm u fis-2.30pm.

Għar Dalam u Borġ in-Nadur ikunu miftuħin bejn id-9.00am u l-5.00pm, bl-aħħar dħul isir fl-4.30pm. Iktar tagħrif jinkiseb mill-website ta’ Heritage Malta, www.heritagemalta.org, jew mill-paġna uffiċjali tal-aġenzija fuq facebook.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Nhar l-Erbgħa, 3 t’Ottubru, u l-Ħamis, 4 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tipprovdi lill-pubbliku l-opportunità li jduq l-Istorja fis-sala tal-ikel tal-Mużew Marittimu, il-Birgu. Ibbażata fuq kunċett ġdid li jitraċċa…

Kultura

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna Tal-Grazzja ta’ din is-sena, kif ukoll fl-okkażjoni tal-135 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883, il-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti fi ħdana ser…

Attivitajiet Kulturali

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian…

Aktar