Attivitajiet Kulturali
Għar Dalam u l-Mużew tiegħu miftuħin għall-pubbliku bla ħlas

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn f’Malta.

L-għar tfassal snin twal ilu meta l-forza tal-ilmijiet naqqxuh fil-blat. Huwa madwar 200 metru fond, għalkemm daqs 80 metru biss huwa aċċessibbli għall-pubbliku, peress li l-bqija hu perikoluż biex tidħol fih. Fatt interessanti huwa illi dan l-għar ikompli iktar minn hekk, iżda peress li huwa bblukkat bil-ħama, ħadd ma jaf sa fejn iwassal.

Meta dan l-għar ġie skavat b’mod arkeoloġiku, instabu tliet livelli differenti. Fl-eqdem livell, u allura l-aktar wieħed li jinsab fil-qiegħ, instab ammont kbir ta’ għadam tal-annimali li ġew depożitati mill-azzjoni tal-ilma madwar 500,000 sena ilu. Dawn l-ispeċi ma kienux preżenti fit-tieni saff, li maġġorment kien jikkonsisti fi fdalijiet ta’ ċerva ħamra li probabbilment kienet tgħix fl-inħawi madwar 18,000 sena ilu. L-evidenza umana ġewwa dan l-għar instabet fl-aħħar livell, li huwa dak ta’ fuq nett, u twassal għal żmien l-era Neolitika Bikrija. Din l-iskoperta timmarka l-eqdem evidenza ta’ preżenza umana f’Malta, madwar 7,400 sena ilu.

Il-viżitaturi jistgħu jesploraw dawn il-fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu f’Għar Dalam fil-Mużew tas-sit li jħaddan fih esebizzjoni bi stil Vittorjan u anki wirja didattika. Il-fossili ta’ iljunfanti u ippopotami li huma ta’ qies ħafna iċken min-normal huma fost dawk li jiġbdu l-aktar interess tal-pubbliku.

Mawra bi gwida bil-Malti se ssir fl-10:30am, filwaqt li oħra bl-Ingliż se ssir fis-2.30pm.

Ħinijiet tal-ftuħ: Mid-9:00am sal-5:00pm (l-aħħar dħul fl-4:30pm).

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

 

 

 

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju u l-Ħadd 5 ta’ Mejju, il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jorganizza attività ta’ spettaklu, kultura, tradizzjonijiet, esebizzjonijiet ta’ arti u fotografija, varjetà ta’ attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħamis li ġej, 25 t’April, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għas-sitt sessjoni Milk in the 17th and 18th Century Malta, li se tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Waqt dan l-avveniment,…

Attivitajiet Kulturali

Il-Karnival huwa wieħed mill-eqdem festivals storiċi f’Malta, bi ftit inqas minn ħames sekli ta’ storja kkreditata u dokumentata li tmur lura għal żmien il-Kavallieri f’Malta. Kreazzjonijiet artistiċi ġodda jinħolqu waqt…

Attivitajiet Kulturali

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin. Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet…

Aktar