Għaxaq Music Events b’kunċert fuq jumejn b’risq Dar Bjorn

L-Għaxaq Music Events ħabbru d-dettalji tal-Festival Mużikali Summer Lust li se jittella’ fir-raħal ta’ Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 22 u s-Sibt 23 ta’ Mejju.

Din l-għaqda volontarja qiegħda torganizza dan l-avveniment bl-għan li tgħin lil Dar Bjorn, li hija ghaqda volontarja oħra. Is-sena li għaddiet inġabret is-somma ta’ €18,320 wkoll għal Dar Bjorn.

Waqt il-konferenza għall-aħbarijiet, kien hemm preżenti wkoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dr Owen Bonnici. Hu faħħar lil dawn iż-żewġ għaqdiet u tkellem dwar kemm dawn it-tip ta’ inizjattivi huma l-qofol fil-ħidma tal-volontarjat.

Hu qal li l-Ministeru jappoġġja bis-sħiħ din l-inizjattiva għaliex għandha għan nobbli.

Summer Lust ser ikun qed jippreżenta artist ta’ fama internazzjonali u kif ukoll l-aqwa talent Malti u ser jittella fil-grounds ta’ Ħal Għaxaq. Summer Lust ser jiftaħ nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju bi spettaklu mill-aqwa mill-kantant ta’ fama internazzjonali, Thomas Anders li huwa l-kantant tal-grupp Modern Talking li tant kiseb suċċessi fit-tmeninijiet. L-għada, is-Sibt 23 ta’ Mejju, ser ikun imiss il-kunċert Ira Losco & Friends fejn l-artista Maltija ta’ fama internazzjonali, Ira Losco ser tkun qed tagħti kunċert sħiħ flimkien mal-band tagħha. Magħha ser jingħaqdu wkoll diversi kantanti Maltin li se jiġu mħabbra aktar tard mill-organizzaturi.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Reliġjon

Il-Knisja qed tagħmel sejħa lil dawk kollha ta’ rieda tajba, speċjalment lill-familji Nsara, illum l-Erbgħa 25 ta’ Marzu, Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, f’għaqda max-xewqa tal-Papa f’ jum ta’ talb mad-dinja kollha. Illejla…

Attivita'

On Saturday 7th March 2020, the exhibition ‘Folder 78A: Library Plans and Drawings’ opens at the National Library of Malta – Valletta. This exhibition marks the last phase of a…

Arti

Avaritia is one of the seven deadly sins, together with pride, lust, envy, gluttony, wrath and sloth. Greed is the artificial, rapacious desire and pursuit of material possessions. Thomas Aquinas…

Aktar