Attivita'
Għidli storja – stejjer li jitrattaw it-tema tal-Milied

Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Diċembru u 3 ta’ Jannar, Heritage Malta qed tistieden lill-istudenti mill-età ta’ 5 sa 10 snin, li għandhom il-Passaport ta’ Heritage Malta, biex jipparteċipaw fl-avveniment – Għidli storja.

Waqt din l-esperjenza, li se titwassal mit-tim Lignin, it-tfal se jiġu mħajjra mhux biss li jisimgħu l-istejjer imma anki li jieħdu sehem attiv billi jagħmlu ħsejjes differenti, u anki billi jaqsmu l-ġrajjiet tagħhom. L-istejjer magħżula se jkunu qed jitrattaw it-tema tal-Milied. Se jkun hemm storja differenti waqt kull sessjoni.

Data u Ħin:

Fis-27 ta’ Diċembru, is-sessjoni tibda fil-11.00am.

Fit-3 ta’ Jannar, is-sessjoni tibda fl-10.00am.

Prezz: €5 kull student.

Post: Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta jew online.

Se jingħata rigal żgħir lil kull parteċipant.

Għal aktar informazzjoni, ibgħatu email [email protected] jew ċemplu 2395 4360.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Aktar