Informazzjoni
Gilbert Sinoué fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Il-kittieb magħruf Franċiż-Eġizzjan Gilbert Sinoué se jidher f’avveniment iddedikat għax-xogħol letterarju tiegħu nhar il-Ħamis 9 ta’ Novembru f’M.A. Grima Hall, MCC, fit-tmienja nieqes kwart ta’ filgħaxija. L-awtur, li x-xogħlijiet tiegħu huma meqjusa klassiċi moderni fil-ġeneru tar-rumanz storiku, se jkun qed jitkellem mal-Prof. Toni Aquilina dwar l-esperjenzi tiegħu bħala awtur, it-temi politiċi u soċjali li jfasslu x-xogħol letterarju tiegħu, l-importanza tal-istorja, kif ukoll aspetti oħra tal-karriera artistika tiegħu.

Mħarreġ bħala kitarrist klassiku, Sinoué beda l-karriera tiegħu bħala kittieb fl-età ta’ 40 sena meta ppubblika l-ewwel rumanz tiegħu La Pourpre et l’olivier, jew Calixte 1er le pape oublié, li kiseblu l-premju Jean d’Heurs għall-aħjar rumanz storiku. Sentejn wara, ippubblika t-tieni xogħol tiegħu,Avicenne jew La route d’Ispahan, li jirrelata mal-ħajja ta’ Avicenna, it-tabib Persjan, filosofu u xjentist. Kważi x-xogħol kollu li ppubblika minn dak iż-żmien jaqa’ taħt il-ġeneru tar-rumanz storiku, li jagħmel il-preżenza tiegħu fil-Festival rilevanti ħafna peress li t-tema magħżula għall-Festival din is-sena hija l-kunċett tal-verità fil-letteratura.

Il-rumanz storiku huwa ġeneru letterarju li jiġbor fih stejjer ambjentati fil-passat. Ir-rakkont għandu ħabta jkun dettaljat ħafna fid-deskrizzjoni tal-modi, il-kundizzjonijiet soċjali u dettalji oħra tal-perjodu. Din it-tensjoni bejn l-awtentiċità storika u l-elementi fittizji ta’ spiss issir punt ta’ dibattitu għall-qarrejja u kritiċi popolari, filwaqt li l-kritika akkademika spiss tmur lil hinn minn dan il-kummentarju u tinvestiga l-ġeneru għall-interessi tematiċi u kritiċi oħra tagħha.

Waqt it-taħdita, se jkun hemm qari ta’ siltiet mix-xogħolijiet tal-awtur u l-avveniment se jkun segwit minn sessjoni ta’ mistoqsijiet mill-udjenza. Aktar tard filgħaxija, fit-8:30, l-awtur ser ikun preżenti fl-istand tal-Ambaxxata Franċiża biex jiffirma kopji tax-xogħol tiegħu u kellem lill-membri tal-pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

The 36th General Assembly of the European Seismological Commission will take place at the Mediterranean Conference Centre, Valletta between the 2nd and 7th September 2018. This prestigious conference is being…

Informazzjoni

L-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Fondazzjoni Valletta18 se tkun qed torganizza avventura nazzjonali bla ħlas, The Żejtun National Heritage Treasure Hunt nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Awwissu,…

Informazzjoni

L-arblu navali fil-Forti Sant’Anġlu tniżżel minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni tal-Ordni Sovran u Militari ta’ Malta (SMOM). L-operazzjoni biex instab l-aħjar metodu kif kellu jitniżżel dan l-arblu ilha għaddejja x-xhur u…

Informazzjoni

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed jibda sensiela ta’ bolol dwar il-wirt reliġjuż fit-toroq taż-Żejtun, bl-isem Niċeċ iż-Żejtun. L-ewwel sett ta’ ħames bolol personalizzati (fuq sheet waħda) u ħames postcards,…

Aktar