Sports
Ġiri u roti minflok traffiku fit-triq ewlenija tal-Fgura

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura, b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta, ser jorganizzaw Car Free Day nhar il-Ħamis 21 ta’ Settembru, 2017 mit-8:00am sa 12:00pm fi Triq Hompesch il-Fgura.

F’din l-attività ser jiġu organizzati bosta attivitajiet sportivi, fosthom football ‘precision target shoot out’, tug of war, atletika, tlielaq bir-roti u esebizzjoni tal-arti marzjali. Ħa jkun hemm ukoll esebita karozza li titħaddem bl-elettriku.

Din l-attività ħa tkun miftuħa bla ebda ħlas għall-familja kollha, kemm residenti tal-Fgura u oħrajn li jixtiequ jipparteċipaw. Parteċipanti huma mħeġġa jġibu magħhom ir-rota personali tagħhom.

Kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi għal din l-attività intiża biex tħeġġeġ il-kultura tal-isport u l-użu kkontrollat tal-vetturi.

Aħbarijiet Oħra
Sports

WWE UK Star Flash Morgan Webster se jkun f’Malta għall-avveniment imtella’ minn Pro Wrestling Malta Hell-oween. Dan huwa t-tielet avveniment għal Pro Wrestling Malta għal din li sena. F’Hell-oween wieħed…

Sports

Puttinu qed jistieden lil dawk interessati jipparteċipaw għall-maratona ta’ futbol fil-Marsa Sports Grounds mit-18 sal-20 ta’ Mejju. Din il-maratona tista’ sservi ta’ ħarga għall-familja li tiġbor kollox u fiha attivitajiet…

Sports

The 60-hour Football and Volleyball Marathon, in aid of Puttinu Cares, is back. Join us, on 22-24 September, at the Marsa Sports Grounds. Bookings for 5-a-side or 7-a-side pitches are open. Do…

A Motorfest in Aid of Istrina will be held this year at SmartCity, Kalkara on the 8th of December between 9am and 1pm. Some of the most attractive cars and…

Aktar