Mużika
Gloria! 20 sena ta’ armonija mużikali korali

St Paul Choral Society, wieħed mill-aqwa korijiet polifoniċi f’Malta, ser jippreżenta kunċert bil-kor, l-orgni u l-orkestra taht it-tmexxija ta’ Dr Hugo Agius Muscat.  Dan il-kunċert ser isir fl-għeluq il-20 anniversarju mit-twaqqif tal-kor.

Il-kunċert ser ikun maqsum fi tliet partijiet. L-ewwel parti tikkonsisti fil-Gloria ta A. Vivaldi (RV589). Fit-tieni parti ser jindaqqu il-Finale, mis-sonata Numru 1 in Fa minore għall-orgni ta’ F. Mendelssohn, kif ukoll il-Poco Adagio mis-sinfonija għall-orgni u orkestra ta’ C. Saint-Saëns. It-tielet parti tikkonsisti f’siltiet minn xogħlijiet li tkantaw mill-kor matul dawn l-aħħar 20 sena kemm f’kunċerti f’Malta kif ukoll f’kunċerti ta’ dan il-kor barra minn Malta.

Is-solisti għal dan il-kunċert ser ikunu Rosabelle Bianchi (soprano), Claire Massa (mezzosoprano), Connie Frances Zerafa (contralto), Elisabeth Conrad (orgni), James Zammit (leader tal-orkestra) u Hugo Agius Muscat (surmast).

Fid-19 ta’ Ottubru, il-kunċert se jsir fis-7.30pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt  b’risq il- Hospice Malta, u fl-20 ta’ Ottubru, fis-7.30pm fil-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt b’risq ir- restawr tal-istess Katidral.  Il-kunċert ser ikun ta’ madwar 90 minuta.

FLYER 20TH ANNIVERSARY CONCERTS

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Teatru Unplugged is a unique event consisting of 5 short acts of diverse musical genres.  Founded by Jonathan Shaw and Nirvana Azzopardi in 1998, Teatru Unplugged is Malta’s longest annual standing…

Mużika

Fuq stedina tal-Assemblea Regionale Siciliana u tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta, is-Soċjetà Filarmonika L’Unione ta’ Ħal Luqa ġiet mistiedna sabiex ittella’ programm mużikali fil-Palazz Normann li fih jiltaqa’ l-Parlament Reġjonali ta’…

Mużika

Se jsir kunċert fuq l-orgni mill-Organista Joe Caruana fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, nhar is-Sibt, 29 ta’ Settembru 2018 fit-8.00pm. Il-kunċert se jsir fl-okkażjoni ta’ ‘Żejt iż-Żejtun’, organizzat mill-Kunsill Lokali flimkien mal-Kunsill…

Mużika

Back in January it was announced that the charismatic and talented Joe Roscoe was to be the new frontman of Red Electrick and from then on there was no looking…

Aktar