Attivitajiet Kulturali
‘Gozo Alive’ 60 attrazzjoni fuq 3 ijiem

Bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju u l-Ħadd 5 ta’ Mejju, il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jorganizza attività ta’ spettaklu, kultura, tradizzjonijiet, esebizzjonijiet ta’ arti u fotografija, varjetà ta’ attivitajiet sportivi, logħob u attrazjonijiet għat-tfal, għażla ta’ ikel tradizzjonali u ħafna aktar madwar Għawdex kollu. Huwa maħsub li t-tieni edizzjoni ta’ Gozo Alive se tkun l-akbar attività organizzata f’Għawdex. L-attrazzjonijiet waqt Gozo Alive ser ikunu bla ħlas sabiex jitgawdew mill-pubbliku li ser jattendi.

X’jinkludi l-programm ?

Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju

Il-ftuħ uffiċjali se jsir permezz tal-grupp popolari Tribali li ser jagħtu kunċert uniku flimkien ma’ spettaklu ta’ nar sinkronizzati li ser jakkumpanja l-mużika ta’ dan il-grupp. Il-kunċert ta’ Tribali huwa mistenni ħafna minħabba li dan il-ġrupp ilu ma jdoqq f’kunċert f’Għawdex għal dan l-aħħar 3 snin. In-nar sinkronizzat ser ikun maħdum mill-kamra tan-Nar ta’ Santa Maria tal-Imqabba. Se jieħdu sehem ukoll Mae-band, Wobis Duo u JJOY. Dan il-kunċert ser isir qrib il-Heliport tax-Xewkija minn 8.00pm ‘l quddiem. Bħal kumplament tal-attivitajiet, dan il-kunċert se jkun bla ħlas.

Is-Sibt 4 ta’ Mejju

Ġurnata mimlijja attivitajiet minn filgħodu sa filgħaxija. Mit-8 ta’ filgħodu ‘l quddiem ser jifthu numru ta esebizzjonijiet li wieħed m’għandux jitlef.

Dawn l-attrazzjonijiet jinkludu:

Fiċ-Ċittadella; Il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Mużew ta’ Xjenza Naturali, il-Gran Castello u l-Ħabsijiet Qodma se jkunu miftuħin b’xejn sa nofsillejl. Se jkun hemm ukoll miftuħ ix-xelter li huwa mmexxi mill-Fondazzjoni Wirt Għawdex. Filgħaxija;

-Il-Ħjata, kollezzjoni ta’ ħwejjeġ tar-Rebbiegħa u s-Sajf preżentati bi stil uniku

-Roots; Reenactments fejn atturi differenti se jkunu qed jagħtu l-ħajja lil bosta postijiet ġewwa ċ-Ċittadella fosthom fil-Ħabs l-antik, Fil-

-Mużew Naturali, Mużew Folklor, Mużew tal-Arkejoloġijja u x-Xelter.

-Il-Katidral ta’ Għawdex, Il-Mużew tal-katidral ta’ Għawdex u l-palazz li juntuża bħala Qorti se jkunu miftuħa għal pubbliku.

-The Tale of an Island, 3D Mapping; Spettaklu ta’ dawl u animazzjoni li jirrefletti lil Għawdex mhux biss bħala gżira imma wkoll art mimlija talenti u sorpriżi.

-Fuq it-taraġ tal-Katidral; Sfilata ta’ moda esklussiva bi ħwejjeġ tar-Rebbiegħa u s-Sajf mid-Ditta rinomata Charles and Ron

-Craig David jippreżenta TS5

Il-qofol tas-serata tas-Sibt ser jintlaħaq permezz ta’ spettaklu fi Pjazza Indipendenza mit-8 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Jiftħu l-ispettaklu Sicily Ensamble filwaqt li l-band Għawdxija Novel u l-band Firelight ser jagħtu divertiment mużikali. Jagħlaq is-serata l-kantant ta’ fama internazzjonali Craig David permezz tad-DJ Set rinomat TS5 li ser idum madwar siegħa.

Il-Ħadd 5 ta’ Mejju

Matul l-aħħar ġurnata ta’ Gozo Alive, il-pubbliku ser ikollu l-opportunità li jirrilassa u jipparteċipa waqt attivitajiet sportivi filwaqt li jgawdi l-isbaħ xenarju naturali ta’ Għawdex li huwa mżejjen biħ.

Fid-Dwejra; Attivitajiet ta’ Kayaking, Abseiling u Archery. L-avveniment bl-isem Under the Sea, li ġie maħluq mill-Akwarju Nazzjonali ta’ Malta u Dwejra Live Experience, b’esperjenza unika tat-Tieqa tad-Dwejra li mhux ta’ min jitlifha.

F’Marsalforn; Tour ta’ nofs siegħa madwar Marsalforn fuq Segway u E-Bike fejn tista’ tgawdi x-xenarju pittoresk tal-post.

Fl-Għarb; Sagra tal-Qaqoċċ, fejn se jkun hemm ikel tipiku bbażat fuq qaqoċċ. Se jkun hemm ukoll esibizzjonijiet, avvenimenti kulturali, wirjiet mużikali u divertiment varjat. Numru ta’ stands b’wirjiet ta’ qaqoċċ, frott, ħaxix u prodotti artiġġjanali se jkunu preżenti biex jippromwovu l-agrikoltura u l-artiġġjanat.

Il-programm kollu li jinkludi aktar minn 60 attrazzjoni jinsab fuq il-paġna http://visitgozo.com/events/gozo-alive u aġġornamenti kontinwi permezz tal-paġna fuq Facebook GozoAlive.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħamis li ġej, 25 t’April, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għas-sitt sessjoni Milk in the 17th and 18th Century Malta, li se tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Waqt dan l-avveniment,…

Attivitajiet Kulturali

Il-Karnival huwa wieħed mill-eqdem festivals storiċi f’Malta, bi ftit inqas minn ħames sekli ta’ storja kkreditata u dokumentata li tmur lura għal żmien il-Kavallieri f’Malta. Kreazzjonijiet artistiċi ġodda jinħolqu waqt…

Attivitajiet Kulturali

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin. Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Aktar