Reliġjon
Ġrajjiet il-Fidwa: Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fl-Isla

Il-Wirja Ġrajjiet il-Fidwa, li din is-sena tagħlaq għoxrin sena minn meta bdiet titella’, hija waħda mill-wirjiet stabbiliti.

Din qegħda titella’ ġewwa l-bini tal-Kunsill Lokali fi Triq San Ġużepp l-Isla, u għandha miftuħa għall-pubbliku sa nhar il-Ġimgha l-Kbira.

Il-Wirja fiha bosta esebiti. Tikkonsisti minn settijiet ta’ vari, mejda tal-Appostli fuq stil Lhudi, Via Sagra, Sett simboli kif ukoll minjatura ta’ purċissjoni/pageant fost oġġetti sagri oħra.

Fost artisti li nsibu xogħlijiet tagħhom, wieħed isemmi lil Salvu Bonello, Publio Magri, Anthony Magri, Jefrey Zarb, Brandon Caruana u Pawlu Muscat.

L-organizzaturi /esebituri huma Charlie Ellul, Keziah Ellul, Victor Fava, Daniel Vella u Manuel Dalli.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2019 jingħata bidu għal disgħa t’ijiem ta’ Novena ta’ preparazzjoni għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. In-Novena tiftaħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba fil-5:30pm bir-reċita tar-Rużarju. Wara tingħad il-Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni u tingħata l-Barka…

Reliġjon

Fl-okkażjoni tal-400 sena mill-inkwadru tal-Madonna ta’ Pinu, ix-xbieha pellegrina se tkun qiegħda tintlaqa’ fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fix-xahar t’Ottubru, xahar iddedikat lil Ommna Marija. L-Inkwadru jasal l-Erbgħa 9 t’Ottubru fit-8.00pm, meta…

Reliġjon

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu. Il-figura…

Reliġjon

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, wara nuqqas ta’ aktar min tletin sena l-Luqin ser jerġgħu jaraw l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura, lura fit-toroq tar-raħal. Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din…

Aktar