Attivita'
Ħal Luqa jiċċelebraw il-festa liturġika – tasal lura statwa ta’ Sant’Andrija mill-Awstralja

Il-festa liturġika tal-patrun tal-Ħal Luqa, Sant’ Andrija tiġi ċċelebrata ta’ kull sena fit 30 ta’ Novembru. Il-Knisja Kattolika madwar id-dinja tagħti ġieħ u qima lil dan l-ewwel appostlu li mexa’ wara l-Messija, ħaddan twemminu u ħa l-martirju għal ismu.

Wara li fis-snin imgħoddija l-Banda L’Unione diġà kienet tipparteċipa b’daqq ta’ marċi f’dan il-jum specjali, fis-sena 2016 il-Filarmonika L’Unione reġgħet ħadet l-inizjattiva biex fil-jum tat-30 ta’ Novembru, tagħmel marċ brijuż mat-toroq ewlenin tal-parroċċa.

Il-qofol ta’ din l-festa liturġika jintlaħaq nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru. F’nofsinhar tinżam l-ikla tradizzjonali tal-festa fil-kazin. Filgħaxija mbagħad il-Kumitat u membri tas-Soċjetà L’Unione jingħaqdu mal-komunità ta’ Ħal Luqa għall-Konċelebrazzjoni Solenni tal-Festa ġewwa l-Knisja Parrokkjali fis-6pm.

Wara l-Funzjoni jingħata bidu għal marċ tradizzjonali, għall-ħabta tat-7:45pm. Il-marċ jgħaddi min diversi toroq tal-Parroċċa fejn jintemm quddiem is-sede tas-Soċjetà bid-daqq tal-innu immortali tal-banda fost il-ferħ tal-partitarji.

Din is-sena l-Luqin se jilqgħu fosthom lura mill-Awstralja l-istatwa ta’ Sant’Andrija, xogħol tal-Kav. Michael Camilleri Cauchi. Din l-istatwa ġiet irregalata minn ħuthom  l-emigranti Luqin li fis-snin disgħin kienu ordnaw din l-istatwa sabiex issir il-festa f’din l-art imbiegħda. F’dawn l-aħħar jiem sar xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa mill-artist innifsu u llum qed terġa’ tgawdi s-sbuħija oriġinali tagħha.

Wara l-marċ issir Red Gathering ġewwa s-sede tas-Soċjetà organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ esebizzjoni tal-mużajk Of Land and Sea minn Raymond Aquilina u Flavia Marmara. Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk….

Attivita'

Għada, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea, fil-mużew nazzjonali tal-arti MUŻA. F’dan l-avveniment se jattendu familjari u ħbieb ta’ Galea biex jaqsmu…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-NGO Friends of Villa Frere qed jistiednu lill-pubbliku biex iżur il-ġonna kurjużi ta’ Villa Frere f’Tal-Pietà. Għalkemm fl-aqwa żmien tiegħu dan il-post…

Attivita'

Il-Ġimgħa 17 ta Mejju, mill-10 ta’ filgħodu sa nofsinhar, fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta, ser ikunu qegħdin jorganizzaw it-tieni edizzjoni…

Aktar