Attivitajiet Kulturali
Ħal Luqa mal-medda taż-żmien

Nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2018 il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ser ikun qiegħed jorganizza l-attività annwali tiegħu bl-isem ta’ ‘Ħal Luqa mal-Medda taż-Żmien’.

Bħal ta’ kull sena l-Kunsill jieħu ħsieb li jorganizza attività madwar id-data tal-15 ta’ Mejju sabiex ifakkar l-anniversarju minn meta Ħal Luqa saret Parroċċa fl-1634. Waqt din l-istess l-attività l-Kunsill flimkien mal-poplu Ħal Luqi jfakkar lill-Ħalluqin li mietu fit-Tieni Gwerra Dinija.

L-attività ser tkun tikkonsisti f’atmosfera ta’ Kultura Maltija, Għana, Kummitiva, logħob tradizzjonali Malti, snajja’ Maltin, u ma jonqosx l-ikel u x-xorb.

L-attività tibda għall-habta tas-sebgħa ta’ filgħaxija ġewwa Pjazza u Misraħ Sant’ Andrija fejn ser jieħdu sehem ukoll l-Għaqdiet tal-Lokal. Id-dħul għal din l-attività huwa mingħajr ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju u l-Ħadd 5 ta’ Mejju, il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jorganizza attività ta’ spettaklu, kultura, tradizzjonijiet, esebizzjonijiet ta’ arti u fotografija, varjetà ta’ attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħamis li ġej, 25 t’April, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għas-sitt sessjoni Milk in the 17th and 18th Century Malta, li se tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Waqt dan l-avveniment,…

Attivitajiet Kulturali

Il-Karnival huwa wieħed mill-eqdem festivals storiċi f’Malta, bi ftit inqas minn ħames sekli ta’ storja kkreditata u dokumentata li tmur lura għal żmien il-Kavallieri f’Malta. Kreazzjonijiet artistiċi ġodda jinħolqu waqt…

Attivitajiet Kulturali

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin. Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet…

Aktar